Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir qed joffri ammont ta’ biljetti lil pubblikaturi, awturi u tradutturi minn Malta biex jattendu l-London Book Fair 2024, organizzata mit-12 sal-14 ta’ Marzu fl-Olympia, Londra. 

Din l-iskema tagħmel parti mill-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja 2024 tal-KNK, li tniedet aktar kmieni dis-sena bl-għan li ddomm għadd ta’ kotba Maltin f’katalgu ta’ drittijiet ta’ barra biex jitqassam fil-London Book Fair kif ukoll f’fieri tal-kotba internazzjonali oħra matul is-sena 2024. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirrikonoxxi l-isfida li l-pubblikaturi, l-awturi u t-tradutturi Maltin jaffaċċaw biex jinnavigaw fis-suq tal-pubblikazzjoni internazzjonali u impenjat biex irawwem suċċess fih. Billi joffri ammont limitat ta’ beġġijiet għal-London Book Fair li se ssir f’Marzu, il-KNK qed joffri opportunità unika għall-imsieħba biex jibnu pont ma’ mkejjen ewlenin fl-industrija fis-suq globali tal-kotba. 

Qed jiġu offruti b’kollox 20 biljett għal pubblikaturi, awturi u tradutturi minn Malta, li se jiġu allokati fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Filwaqt li l-biljett jagħti aċċess għal-London Book Fair 2024 tul it-tlett ijiem (mit-12 sal-14 ta’ Marzu), l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għandhom jitħallsu mill-applikant. 

Applikanti prospettivi huma ġentilment mitluba jimlew l-applikazzjoni sat-12 ta’ Frar 2024

Applika hawn: https://forms.gle/AnfDfXFfiZPaV8VZ8


Share Article