Fetħu l-applikazzjonijiet għal esebituri biex jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019. Bħas-soltu, il-Festival se jsir fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, 6-10, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

L-applikazzjoni hija miftuħa għall-pubblikaturi kollha, distributuri tal-ktieb, ħwienet tal-kotba u aġenziji tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi li l-kamp ta’ attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma mistiedna japplikaw.

Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom, lista dettaljata ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival. Huma mfakkra li applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm ta’ attivitajiet.

Il-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 tista’ titniżżel mill-paġna tagħna hawn. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li taqra b’attenzjoni t-termini u l-kundizzjonijiet qabel ma tapplika.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar eliġibilità għall-parteċipazzjoni int mitlub li tikteb lil Simona Cassano fuq simona.cassano@ktieb.org.mt jew lil Andrew Ricca fuq andrew.ricca@ktieb.org.mt. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu mimlija sew u mibgħuta jew mehmuża f’email lil Simona Cassano (fuq l-istess indirizz li jidher hawn fuq) jew bil-posta lis-Sur Joe Debattista fl-indirizz li jidher hawn taħt, sa mhux aktar tard mid-9 Awissu, 2019.

 

National Book Council

Central Public Library

Prof. J. Mangion Street

Floriana, FRN 1800

MALTA


Share Article