Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’sogħba jsellem il-memorja tal-poeta Mario Azzopardi li ħalliena llum.

Azzopardi kien minn ta’ quddiem nett biex ta bixra ġdida lill-poeżija Maltija mis-sittinijiet ’il quddiem b’temi u forom li sfidaw dak li kien għadu jinkiteb sa żmienu. Bħala wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju għen biex tibda era ġdida ta’ letteratura Maltija.

Fost id-diversi rikonoxximenti li kiseb tul ħajtu, Azzopardi rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet, u fl-2016 il-KNK onorah bil-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura. Dan il-filmat inħadem fl-okkażjoni ta’ dal-premju prestiġġjuż.


Share Article