Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir qed iħabbar li l-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2023 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għal din l-edizzjoni tal-Fond. Se jkunu qed jieħdu l-fondi sitta u għoxrin (26) proġett bejn proġetti ta’ pubblikazzjoni u oħrajn ta’ traduzzjoni.

L-għan ewlieni tal-għotjiet differenti fil-fond huwa li jissussidja proġetti għal kotba li għandhom valur kulturali imma jeħtieġu l-għajnuna minħabba diversi sfidi. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom: il-valur kulturali u edukattiv tal-pubblikazzjoni proposta, l-udjenza mira u l-ingaġġ mas-suq tal-pubblikazzjoni.

Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2023 kien magħmul mis-Sur Keith Borg, minn Dr George Cassar, mis-Sa Sephora Francalanza, u minn Dr Karsten Xuereb. Dawn evalwaw l-applikazzjonijiet kollha skont kriterji stabbiliti bħas-saħħa tal-applikazzjoni, l-attwazzjoni tal-proġett u l-mertu kulturali. L-applikazzjonijiet jistgħu jirċievu fondi sħaħ jew parzjali.

L-aġġudikanti nnutaw li bħala regola l-applikazzjonijiet eliġibbli kienu mirfudin mid-dokumenti mitluba fir-regolamenti, u l-maġġoranza tal-applikanti daħlu f’dettal rigoruż. Madankollu rrimarkaw ukoll li numru ta’ applikazzjonijiet kellhom xi dokumenti ewlenn neqsin u għaldaqstant sofrew tnaqqis fil-marki li fissru wkoll marki baxxi. Spikkaw l-aktar id-dokumenti nieqsa f’dak li għandu x’jaqsam mal-pjan ta’ distribuzzjoni, it-tqassim u l-promozzjoni fil-proġetti tat-traduzzjoni, u f’xi oħrajn in-nuqqas ta’ ittra ta’ interess mingħand pubblikatur. L-aġġudikanti saħqu wkoll fuq l-importanza tat-tanġibbiltà tad-dokumenti sottomessi.

Sad-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet fil-5 ta’ Ġunju, il-Fond Malti tal-Ktieb 2023 irċieva tnejn u sebgħin (72) sottomissjoni eliġibbli mifruxa fil-fergħat differenti. Il-baġit totali kien ta’ €120,000, li nqasmu f’€50,000 għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda, €10,000 għall-Għotjiet għal Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa, €55,000 għall-Għotjiet għat-Traduzzjoni u €5,000 għall-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch.

Kull għotja tista’ twieżen sa 100% tal-proġett propost u sa massimu ta’ €5,000 f’kull fergħa, tneħħi dawk fl-Għotjiet għat-Traduzzjoni taSilta minn Ktieb bħala Pitch, li jistgħu jingħataw sa €500 għal kull proposta. Sabiex jiġi assigurat li l-Fond iwieżen kemm jista’ jkun proġetti li jkun ħaqqhom u li l-flus jintużaw kollha, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirriżerva d-dritt li jmexxi fondi mhux utilizzati minn fergħa għal oħra.

Importanti jiġi nnutat ukoll li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika għall-fondi f’din l-edizzjoni, jista japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew bi proġett differenti meta terġa’  toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.

Il-KNK se jkun qed jikkuntattja lill-applikanti li ħadu l-fondi sabiex jiffirmaw il-kuntratt, li jagħtihom ċans sa massimu ta’ 18-il xahar sabiex ilestu l-proġett.

Il-proġetti rebbieħa skont il-kategorija tal-Fond, bl-isem tal-benefiċjarju u l-ammont mogħti tista’ tarahom mit-tabelli t’hawn taħt:

Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda*

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Pubblikatur
Publisher
Fond allokat (€)
Funds allocated (€)
Elaine GermaniKtieb tal-etikett u l-manjieri tajbaFondazzjoni Sagħtar5,000
Simone SpiteriDù Theatre celebrates its 20th anniversary in 2024. Creating some of the most daring, innovative theatre that changed the local theatre landscape in the past two decades the company seeks to encapsulate the journey so far in a publicationSelf-published4,075
Anna Borg Cardona“Music printing by the Brocktorff Lithographers”Midsea Books5,000
Romeo Roxman Gatt“Qarn” - a 50, 000 word memoir exploring my transition journey within the context of my home - Malta - and in my native language - Maltese - focusing on trans discourse and trans world-building.Aphroconfuso5,000
Anthony Gatt“Fejn Tmur il-Qalb” - Monsinjur Victor Grech. Riflessjonijiet dwar temi temi attwali minnu, eżerċizzji spiritwali, kummenti dwaru minn residenti li rritornaw b'dinjità lura fis-soċjetàCaritas Malta 5,000
Stephen Tonna“Floriana - Celebrating 300 Years (1724-2024) of Existence”Kite Group 5,000
Tyrone Grima"Din il-Ġawhra ta' Pajjiżna" huwa r-rumanz ġdid ta' Tyrone Grima. Ix-xogħol jaqa' taħt il-ġeneru ta' letteratura queer fejn il-protagonist tar-rumanz jgħix is-saga tal-membri tal-familja tiegħu f'kuntest storiku Malti mibdul b'elementi ta' fantaxjenzaHorizons5,000
John Inguanez“Mogħdijiet - Ħajti fil-Ġurnaliżmu, fir-Raħal li Darba Kien, u Malta li Baqgħet Tinbidel”, awtobijografija tal-awtur li tiftaħ tieqa fuq il-ħajja mis-snin 60 ’il quddiem Horizons4,570
Luke Saydon"It-Teatru tal-Miskin". Il-pubblikazzjoni tal-iskript tat-"Teatru tal-Miskin", musical li ttella' fl-2022. Dramm dwar l-intolleranza ispirat mill-istorja u diffikultajiet tal-kumunità LGBQTI+ f'Malta.Saydon Studio4,690
Carmel Cassar“Health, Disease and Society in Early Modern Malta”Kite Group 5,000
Nicola Ann Petroni"Mediterranean Modern Art: An Alternative” - an analysis of modern art from the Mediterranean region, by Giuseppe Schembri BonaciHorizons3,169.50 (parzjali/partial)

*Xi fondi li ma kinux użati f’kategoriji oħrajn ġew trasferiti f’din

Għotjiet għal Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Pubblikatur
Publisher
Fond allokat (€)
Funds allocated (€)
Joseph Borg - SKS Publishers"Minn Xtut in-Nil" - antoloġija ta' novelli ta' emigranti Maltin fl-Eġittu, maħruġa fl-1937.SKS Publishers5,000
L-Għaqda tal-Malti - Klabb Kotba MaltinDan il-proġett beħsiebu jippubblika mill-ġdid ix-xogħol letterarju "Tejbilhom Ħajjithom" tal-awtur John F. MarksL-Għaqda tal-Malti - Klabb Kotba Maltin5,000

Għotjiet għat-Traduzzjoni Kat 1: Traduzzjoni ta’ Kotba Maltin

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Pubblikatur
Publisher
Fond allokat (€)
Funds allocated (€)
Nadia MifsudVarjazzjonijiet tas-Skiet - traduzzjoni għall-Ingliż minn Miriam CallejaPoetrywala5,000
Katryna StoraceTranslation in English of Loranne Vella's National Book Prize-winning novel RokitPraspar Press5,000
Gezim TafaTranslation into Albanian and publication of Immanuel Mifsud's book Fid-Dlam tal-Lejl Ħarisna as “Sleep Now, O Sleep Now”Ombra GVG Publishing House4,828
Adrian GrimaTraduzzjoni għat-Taljan ta' Klin u Kapriċċi Oħra.Mesogea4,998
Mark CamilleriTranslation and publication of L-Antoloġija tal-Letteratura Mqarba in the English languageDar Camilleri5,000
Dejan MaticTranslating Papa Aħmed by Joe Pace into Serbian using English as a bridge languageTreći Trg5,000
Leanne EllulTraduzzjoni għat-Taljan tal-ktieb L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla minn Viginia MonteforteCapire Edizioni5,000
Hrant AleksanyanTranslation into Armenian and publication of Pierre J. Mejlak's book Having Said GoodbyeVogi-Nairi Arts Center5,000

Għotjiet għat-Traduzzjoni Kat 2: Traduzzjonijiet għall-Malti*

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Pubblikatur
Publisher
Fond allokat (€)
Funds allocated (€)
Claudine BorgTranslation into Maltese of Annie Ernaux's L'Événement (2000)Faraxa Publishing5,000
Carmel Serracino“Luċjanu: L-istorja Vera” - traduzzjoni mill-Grieg ta' rumanz satiriku-fatnaxjentifiku tat-tieni seklu W.K.Klabb Kotba Maltin5,000
Anthony (Toni) AquilinaTraduzzjoni għall-Malti ta’ La Peste ta' Albert CamusFaraxa Publishing5,000
Albert Marshall“Disa’ Opri” - Kullana ta' disa' libretti operistiċi tradotti għall-Malti mill-oriġinal: għażla ta' disa' fost l-iktar opri popolari li qatt inkitbuHorizons3,169.50 (parzjali/partial)

*Xi fondi li ma kinux użati f’kategoriji oħrajn ġew trasferiti f’din

Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Fond allokat (€)
Funds allocated (€)
Leanne EllulPartijiet mill-ġabra L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla jiġu tradotti għall-Ingliż500

Share Article