Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2018. L-2018 għalqet sena konsekuttiva oħra ta’ żvilupp għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li rat żieda addizzjonali fil-finanzjament tal-Gvern, u servizzi u proġetti ġodda taħt il-mandat tagħna. Bil-miri l-ġodda kollha u kompiti addizzjonali, din kienet waħda mill-aktar snin ta’ sfida.

Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil kull min ta sehem biex l-2018 tissarraf f’suċċess. Qedgħin nistennew l-2019 bil-ħerqa aħna u nħarsu lejn aktar proġetti u sfidi akbar. Minbarra li nsaħħu l-ħidma domestika tagħna, għandna l-intenzjoni li nespandu l-ħidma tagħna barra minn xtutna. L-industrija lokali tal-kotba qiegħda taffaċċja diversi sfidi, iżda l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qatt qabel ma eżerċita rwol daqshekk ewlieni. Se nkomplu naħdmu lejn, u insegwu, l-għanijiet u l-viżjoni tagħna, filwaqt li nibqgħu umli, aċċessibbli u trasparenti.

Komplu żuru l-website www.ktieb.org.mt għall-aġġornamenti dwar l-iskeda tal-KNK tul l-2019.

Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni diġitali bil-Malti.

Niżżel il-verżjoni għall-mowbajl minn hawnhekk.


Share Article