F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Josianne Block dwar l-ewwel rumanz tagħha għaż-żgħażagħ 360°.

Mal-mistiedna tkellimna dwar dan ir-rumanz, li kien rebaħ il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ tal-KNK fl-2017, dwar l-ispirazzjoni ċinematografika tal-ktieb, dwar il-letteratura għaż-żgħażagħ fil-kuntest Malti, u dwar l-importanza ta’ letteratura għaż-żgħażagħ b’saħħitha għal-letteratura lokali, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Josianne Block hija kittieba żagħżugħa li rebħet il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2017. Minbarra l-Malti għandha għal qalbha l-Ingliż u t-Taljan, u bħalissa tgħallem l-Ingliż fi skola sekondarja. Fil-kitba tagħha spiss titkellem fuq is-safar u l-adolexxenza. Tesperimenta bi stil innovattivi, u minbarra l-proża tikteb ukoll il-poeżija.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article