Bi pjaċir inħabbru li ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 se tixxandar online fit-18 ta’ Diċembru, u tibda fis-7pm. L-attività tixxandar mill-paġna tal-Facebook tal-KNK u fuq is-sit www.ktieb.org.mt. Iċ-ċerimonja se ssir għall-ewwel darba b’mod pubbliku, u allura nistiednu lil kulħadd biex ma jitlifx l-opportunità li jsir jaf liema huma l-aħjar kotba li ġew ippubblikati s-sena l-oħra.

Se jingħataw premji f’kategoriji differenti minn rumanzi, novelli u poeżija sa kotba ta’ riċerka ġenerali, bijografika u storjografika. Safrattant nistednuk iżżur din il-ħolqa t’hawnhekk biex tara min huma l-finalisti: https://ktieb.org.mt/mt/news/il-premju-nazzjonali-tal-ktieb-u-terramaxka-2020-il-finalisti/

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġiġkom tibqgħu tixtru kotba ppubblikati Malta, speċjalment il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u tużaw il-ħwienet online tal-pubblikaturi lokali. Minn hawnhekk tistgħu taċċessaw l-informazzjoni kollha li teħteġu: https://ktieb.org.mt/mt/l-ezebituri-tal-festival-nazzjonali-tal-ktieb-2020/


Share Article