Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar id-data tal-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni għall-Awturi u l-Pubblikaturi għall-2022, li se ssir online is-Sibt 22 ta’ Jannar bejn l-10am u s-1pm.

Il-laqgħa hija ta’ interess speċjali għall-awturi, il-pubblikaturi, l-illustraturi, l-edituri, u t-tradutturi u tipprovdi opportunità sabiex dawn jaqsmu l-ideat u l-informazzjoni li għandhom dwar punti speċifiċi tal-aġenda. Bis-saħħa ta’ laqgħat bħal dawn il-KNK ikun jista’ jibni l-politika u l-pjan tiegħu fl-aħjar interess tal-imsieħba fl-industrija tal-kotba.

L-Aġenda

  1. Wara l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – diskussjoni u suġġerimenti għall-2022
  2. Bidla fid-data tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022
  3. Wara l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – diskussjoni u suġġerimenti għall-2022
  4. Bidla fid-data u l-format tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
  5. Tibdiliet aċċettati
  6. Proċess ġdid għall-ISBNs
  7. Il-kalendarju tal-avvenimenti tal-KNK għall-2022

Ħolqa ta’ reġistrazzjoni għall-avveniment intbagħtet b’email lill-imsieħba kollha minn Matthew Borg. Jekk ma rċevejthiex ġentilment ibgħat infurmah fuq matthew.borg@ktieb.org.mt


Share Article