Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jiftaħ l-applikazzjonijiet għall-esebituri li jridu jieħdu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, li se jittellabejn nhar l-Erbgħa 18 u l-Ħadd 22 taOttubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet fTaQali (MFCC). L-użu tal-MFCC, li huwa l-akbar post fMalta fejn isiru l-konferenzi u l-esebizzjonijiet, ifisser titijib fdak li għandu xjaqsam mal-ħtiġijiet loġistiċi tal-imsieħba u l-viżitaturi tagħna, fosthom l-aċċessibiltà u l-parkeġġ.

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar ċelebrazzjoni prestiġġjuża tal-kotba f’Malta. Organizzat f’dan iż-żmien partikulari tas-sena, il-Festival jattira ħafna nies u numru ta’ esebituri li kulma jmur jikber. Minbarra s-servizzi lill-esebituri u lill-pubbliku, dan l-avveniment joffri lok tajjeb għall-professjonisti fl-industrija tal-kotba biex jiltaqgħu u jitkellmu.

L-applikazzjoni, bir-regolamenti, il-proviżjonijiet u l-prezzijiet aġġornati, hija miftuħa għall-pubblikaturi lokali u internazzjonali kollha, distributuri tal-kotba, ħwienet tal-kotba, aġenziji tal-kotba u kittieba awtoppubblikati. Għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet pubbliċi li l-kamp tal-attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma wkoll eliġibbli biex japplikaw. L-istands kollha se jkunu ssussidjati b’75% mill-KNK.

Sabiex issir aktar promozzjoni tal-Festival, il-KNK qed jerġajoffri l-iskema tarifużjoni lill-esebituri. Il-promozzjoni għandha ssir bmod li tilħaq kemm jistajkun firxa wiesgħa tal-pubbliku u ssir bi spirtu li l-esebituri jgħinu lil esebituri oħra biex jilħqu kemm jistajkun nies. Qed nirreferu għall-promozzjoni tal-Festival innifsu, l-avvenimenti u l-kotba tal-esebituri, u/jew il-parteċipazzjoni nnifisha tal-esebitur bis-saħħa ta’ reklami jew avviżi fl-istampa lokali jew tagħrif promozzjonali ibbuwstjat fuq il-mezzi soċjali.

Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom, lista dettaljata (jekk hemm) ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival. Ġentilment ninfurmaw li dawk l-applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm tal-attivitajiet. L-applikanti mistennija jaqraw bir-reqqa t-termini u l-kundizzjonijiet kollha qabel japplikaw.

Preferibbilment, l-applikazzjoni timtela online mis-sit tal-KNK, inkella tintbagħat bil-posta sat-Tnejn, 12 ta’ Ġunju 2023, waqt li l-ħlas jenħtieġ li jsir sat-30 ta’ Ġunju.

Dawk l-esebituri li jippreferu jibagħtu l-formola bil-posta, mitluba jibagħtuha fdan l-indirizz:

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Kumpless Bice Mizzi Vassallo
Triq Arnhem
Pembroke PBK1776

Żur is-sit jew il-paġna Facebook tal-KNK għal aktar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar eliġibbiltà biex tipparteċipa bħala esebitur jekk jogħġbok kellem lil Matthew Borg jew lil Andrew Ricca.


Share Article