Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed ifittex organizzatur tal-attivitajiet fuq bażi part-time biex jingħaqad mat-tim dinamiku tagħna, li dejjem qed jikber.

L-organizzatur tal-attivitajiet ser ikun inkarigat jgħin fl-organizazzjoni tal-fieri u l-festivals u attivitajiet oħra. L-organizzatur ser ikollu wkoll iħejji l-kommunikazzjonijiet, jaġġorna s-sit u jagħmel xogħol ieħor li jkun delegat lilu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Esperjenza fl-organizazzjoni ta’ attivitajiet hija neċessarja. Ħakma eċċellenti tal-Malti u l-Ingliż hija neċessarja wkoll. Preferibbilment, il-kandidat jew kandidata għandha jkollha livell universitarju ta’ edukazzjoni fil-filosofija, l-istorja, l-ekonomija, lingwistika, lingwi, xjenza tal-kompjuters jew kull tip ta’ xjenza bħal matematika jew fiżika.

Renumerazzjoni tajba hija offruta lill-kandidata t-tajba. L-organizzattur ser ikollu jew ikollha l-opportunità li ssiefer u testendi l-kuntatti tagħha fl-industrija tal-kotba.

Kull min hu interessat għandu jibgħat is-CV tiegħu, flimkien ma’ ittra ta’ introduzzjoni lis-segretarju ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq dan l-indirizz:

Mr Joe Debattista,

General secretary,

c/o Central Public Library

Prof. Joseph J. Mangion Street

Floriana FRN1800

 

Data tal-għeluq għall-applikazzjoni : il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar, 2018

 

 

 


Share Article