Home / News / Taħt il-Qoxra: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Back to News Taħt il-Qoxra: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Campus Book Festival • Festivals • Initiatives • News 22nd March, 2021 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2021 – edizzjoni virtwali. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Hawnhekk issib il-programm kollu. Il-Festival jibda nhar l-Erbgħa u jibqa’ sejjer sal-Ġimgħa. Il-programm tal-attivitajiet jinkludi 17-il attività fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, taħditiet tematiċi, u anki Palk Ħieles. Dis-sena qed jipparteċipaw 8 eżebituri li kollha qed joffru kotba bi skontijiet speċjali għal dawn it-tlitt ijiem. Magħhom jingħaqdu dipartimenti universitarji u xejn inqas minn 5 għaqdiet studenteski, li lkoll għenew biex din l-ewwel edizzjoni virtwali tal-Festival ma tagħmilx għajb lil ta’ qabilha. Il-mistieden speċjali huwa l-poeta, kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi u proża Mark Doty. Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Eliot fir-Renju Unit fl-1995, u fl-2008 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-Istati Uniti bil-ktieb Fire to Fire: new and selected poems (HarperCollins, 2008). Huwa l-awtur ta’ diversi ġabriet ta’ poeżija, fosthom Bethlehem in Broad Daylight (D.R. Godine, 1991), A Swarm, A Flock, A Host: A Compendium of Creatures (Prestel, 2013), u Deep Lane (W.W. Norton, 2015) u anki ġabriet ta’ memoirs bħal Firebird (HarperCollins, 1999), Still Life with Oysters and Lemon: On Objects and Intimacy (Beacon Press, 2000) u Dog Years (HarperCollins, 2007). Doty kemm-il darba tqabbel ma’ poeti bħal James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy minħabba l-eleganza u l-intelliġenza fil-versi tiegħu. L-aktar ktieb riċenti tiegħu huwa What Is the Grass – Walt Whitman in My Life (W.W. Norton, 2020). Bħalissa Doty huwa Professur Distint u Direttur ta’ Writers House fl-Università ta’ Rutgers. SHARE POST Related Articles How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More Festival, Funds and Strategic Developments in 2026: Key Dates News 26th January, 2026 Read More Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More The 44 PLR Payment Is Out Public Lending Rights 9th January, 2026 Read More The National Book Council pays tribute to the memory of Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Call for Reviewers for the Paġna Letterarja in 2026 Initiatives 19th December, 2025 Read More CALL FOR TRANSLATORS – Submit your details to the NBC Translators Database News 3rd December, 2025 Read More Book donation by the NBC to Komunità ta’ Santa Marija News 3rd December, 2025 Read More view all similar news
How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More
Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More
A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More
JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More
The National Book Council pays tribute to the memory of Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
CALL FOR TRANSLATORS – Submit your details to the NBC Translators Database News 3rd December, 2025 Read More