Home / News / Taħt il-Qoxra: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Back to News Taħt il-Qoxra: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Campus Book Festival • Festivals • Initiatives • News 22nd March, 2021 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2021 – edizzjoni virtwali. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Hawnhekk issib il-programm kollu. Il-Festival jibda nhar l-Erbgħa u jibqa’ sejjer sal-Ġimgħa. Il-programm tal-attivitajiet jinkludi 17-il attività fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, taħditiet tematiċi, u anki Palk Ħieles. Dis-sena qed jipparteċipaw 8 eżebituri li kollha qed joffru kotba bi skontijiet speċjali għal dawn it-tlitt ijiem. Magħhom jingħaqdu dipartimenti universitarji u xejn inqas minn 5 għaqdiet studenteski, li lkoll għenew biex din l-ewwel edizzjoni virtwali tal-Festival ma tagħmilx għajb lil ta’ qabilha. Il-mistieden speċjali huwa l-poeta, kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi u proża Mark Doty. Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Eliot fir-Renju Unit fl-1995, u fl-2008 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-Istati Uniti bil-ktieb Fire to Fire: new and selected poems (HarperCollins, 2008). Huwa l-awtur ta’ diversi ġabriet ta’ poeżija, fosthom Bethlehem in Broad Daylight (D.R. Godine, 1991), A Swarm, A Flock, A Host: A Compendium of Creatures (Prestel, 2013), u Deep Lane (W.W. Norton, 2015) u anki ġabriet ta’ memoirs bħal Firebird (HarperCollins, 1999), Still Life with Oysters and Lemon: On Objects and Intimacy (Beacon Press, 2000) u Dog Years (HarperCollins, 2007). Doty kemm-il darba tqabbel ma’ poeti bħal James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy minħabba l-eleganza u l-intelliġenza fil-versi tiegħu. L-aktar ktieb riċenti tiegħu huwa What Is the Grass – Walt Whitman in My Life (W.W. Norton, 2020). Bħalissa Doty huwa Professur Distint u Direttur ta’ Writers House fl-Università ta’ Rutgers. SHARE POST Related Articles The 46th PLR Payment Is Out Public Lending Rights 10th July, 2026 Read More The NBC Salutes the Memory of UK Agent and Literary Ambassador to Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More Uncover the Story at the Malta Book Festival! News 18th May, 2026 Read More John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More Average Maltese person buys three books a year, survey finds News 12th May, 2026 Read More view all similar news
The NBC Salutes the Memory of UK Agent and Literary Ambassador to Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More
World-Famous Scottish Crime Writer Ian Rankin heads to Malta Book Festival ’26 News 23rd June, 2026 Read More
Come and Uncover the Story – Launching the Malta Book Festival 2026 Poster! News 15th June, 2026 Read More
The National Book Council Makes Sizeable Book Donation to Mount Carmel Hospital News 9th June, 2026 Read More
Lock in Your Big Idea! Free Online Course on Novel Writing Now Open for Registration News 8th June, 2026 Read More
John Edward DeMicoli from Malta wins 2026 regional Commonwealth Short Story Prize for Canada and Europe News 13th May, 2026 Read More
The 2026 Doreen Micallef National Poetry Contest is Now Open for Entries News 12th May, 2026 Read More