Home / News / Taħt il-Qoxra: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Back to News Taħt il-Qoxra: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Inizjattivi • Other 22nd March, 2021 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2021 – edizzjoni virtwali. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Hawnhekk issib il-programm kollu. Il-Festival jibda nhar l-Erbgħa u jibqa’ sejjer sal-Ġimgħa. Il-programm tal-attivitajiet jinkludi 17-il attività fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, taħditiet tematiċi, u anki Palk Ħieles. Dis-sena qed jipparteċipaw 8 eżebituri li kollha qed joffru kotba bi skontijiet speċjali għal dawn it-tlitt ijiem. Magħhom jingħaqdu dipartimenti universitarji u xejn inqas minn 5 għaqdiet studenteski, li lkoll għenew biex din l-ewwel edizzjoni virtwali tal-Festival ma tagħmilx għajb lil ta’ qabilha. Il-mistieden speċjali huwa l-poeta, kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi u proża Mark Doty. Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Eliot fir-Renju Unit fl-1995, u fl-2008 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-Istati Uniti bil-ktieb Fire to Fire: new and selected poems (HarperCollins, 2008). Huwa l-awtur ta’ diversi ġabriet ta’ poeżija, fosthom Bethlehem in Broad Daylight (D.R. Godine, 1991), A Swarm, A Flock, A Host: A Compendium of Creatures (Prestel, 2013), u Deep Lane (W.W. Norton, 2015) u anki ġabriet ta’ memoirs bħal Firebird (HarperCollins, 1999), Still Life with Oysters and Lemon: On Objects and Intimacy (Beacon Press, 2000) u Dog Years (HarperCollins, 2007). Doty kemm-il darba tqabbel ma’ poeti bħal James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy minħabba l-eleganza u l-intelliġenza fil-versi tiegħu. L-aktar ktieb riċenti tiegħu huwa What Is the Grass – Walt Whitman in My Life (W.W. Norton, 2020). Bħalissa Doty huwa Professur Distint u Direttur ta’ Writers House fl-Università ta’ Rutgers. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More