Il-workshop huwa mmirat għall-pubblikaturi, kittieba u awturi, u se jservi wkoll ta’ sessjoni introduttorja għaż-żieda l-ġdida mal-għanijiet settorjali kreattivi tal-MEIA.
L-għan ta’ dan il-workshop huwa li jrawwem djalogu miftuħ dwar il-professjonalizzazzjoni tal-industrija letterarja f’Malta. Il-parteċipanti se jesploraw aspetti kritiċi tal-mogħdija fix-xena letterarja ta’ Malta, u jindirizzaw il-ħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji effettivi u sfidi għal din il-mixja.
Is-sessjoni se tenfasizza strateġiji għat-titjib tal-iżvilupp professjonali ta’ individwi involuti fis-settur tal-letteratura, u fl-aħħar mill-aħħar timmira li tagħti s-setgħa lil dawk li jattendu biex jirnexxu fil-karrieri letterarji tagħhom.