Home / Programme / Taboo! Il-kittieb Malti għadu jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb, fl-2021? – Merlin Publishers Taboo! Il-kittieb Malti għadu jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb, fl-2021? – Merlin Publishers 26th March, 2021 2:00 PM - 3:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=IK6DtA5zhOM[/embedyt] Faċli ninsew li sal-2009, awturi u pubblikaturi kienu għadhom jirriskjaw il-ħabs jekk jippubblikaw testi meqjusa oxxeni jew risqué żżejjed. Dak iż-żmien għadda, u ċ-ċensura formali m’għadhiex magħna. Allura fl-2021 kull awtur jista’ jikteb li jrid, jew xorta jrid joqgħod attent x’jista’ u ma jistax jikteb? Teżisti ċensura informali, indiretta jew addirittura awtoċensura, hawn Malta? Flimkien ma’ Chris Gruppetta minn Merlin Publishers jingħaqdu LON Kirkop, rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020, l-awtriċi Loranne Vella, u Kirsten Spiteri. LON Kirkop huwa artist viżiv u awtur ta’ 29 sena. L-imħabba lejn l-arti, il-kitba u t-teatru bdiet minn età żgħira u llum fix-xogħol tiegħu jgħaqqad flimkien dawn it-tliet dixxiplini. Studja fl-Istitut tal-Arti Kreattiva ġewwa l-MCAST fejn fl-2017 gradwa b’ B.A. (Unuri) fil-Fine Arts u bħalissa qiegħed jagħmel M.A. fil-Printmaking ġewwa Cambridge School of Arts fir-Renju Unit. Il-Manuskritt tiegħu Mitt Elf Isem Ieħor, li rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020, se jiġi ppubblikat mill-Merlin Publishers aktar tard din is-sena. Loranne Vella hija kittieba, tradutturiċi, u performer ibbażata Brussell. Kitbet it-triloġija fantaxjentifika Il-Fiddien ma’ Simon Bartolo, MagnaTM Mater u Rokit, kif ukoll għadd ta’ novelli u l-ġabra riċenti ta’ novelli mill-bieb ‘il ġewwa. Qalbet għall-Malti serje ta’ kotba għat-tfal, u rebħet bosta premji letterarji lokali kemm għax-xogħol oriġinali tagħha, fosthom il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u anki għat-traduzzjonijiet. Kirsten Spiteri twieled fl-1987. Meta kellu biss tnax-il sena, kellu l-ewwel kitba tiegħu li ġiet ippubblikata fuq ir-rivista Sagħtar. Fl-2017 rebaħ il-kategorija tal-Young Adults waqt il-Festival tal-Ktieb ta’ Londra. SHARE POST Similar Posts Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 – L-Għoti tal-Premjijiet – KNK 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 7:30 PM Read More Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq il-Wikipedija – Wikimedia Community Malta 🇲🇹🇬🇧 8th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awturi – Lorraine Galea u Darren Agius – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More ‘The Book of Valletta’: Stejjer Minn Belt Kollha Kuntrasti – Comma Press u KNK 🇬🇧 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi – Karen Bugeja – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 3:00 PM - 4:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi – Claudette Fava – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 11:00 AM - 12:00 PM Read More Ix-xogħol kbir ta’ Ġużè Gatt bħala storiku tal-poplu 🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:30 AM Read More Sfrattu Kuratorjali: Esebizzjoni l-MICAS – Sentejn Wara – MICAS 🇬🇧🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:00 AM Read More Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧 7th November, 2026 7:00 PM - 8:00 PM Read More