Home / Programme / Masterclass minn Sam Blake dwar il-kitba kreattiva għal studenti post-sekondarji – KNK – Is-Sala tal-Kittieba Masterclass minn Sam Blake dwar il-kitba kreattiva għal studenti post-sekondarji – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 19th October, 2023 11:30 AM - 12:30 PM Il-karattri, il-post u l-plot huma kollha komponenti ewlenin għal storja tajba, iżda kif se ssensilhom b’mod tajjeb u li jaħdmu flimkien? Sam Blake titkellem dwar kif hi tterraq tul il-proċess kreattiv tagħha, u anki tikkonsulta mal-pariri ta’ kollegi oħra f’din l-industrija – minn Jeffery Deaver sa Joanne Harris. Dan l-avveniment hu mmirat għal żgħażagħ fil-livell postsekondarju li tinteressahom il-kitba kreattiva bi kwalunkwe lingwa. Trid tirreġistra biex tipparteċipa – irreġistra online. Vanessa Fox O’Loughlin tikteb rumanzi polizjeski taħt il-psewdonimu ta’ Sam Blake, u kellha suċċessi notevoli bir-rumanzi tagħha li waslu mal-finalisti fl-Irish Crime Novel of the Year tliet darbiet. Is-seba’ bestseller tagħha, The Mystery of Four, u r-rumanz riċenti tagħha għaż-żgħażagħ Something Terrible Happened Last Night jinsabu għall-bejgħ. Vanessa waqqfet l-akbar sit Ewropew tar-riżorsi, writing.ie, li rebbaħha wkoll premji varji, il-grupp ta’ kitba online Writers Ink, u Murder One – Il-Festival Internazzjonali tal-Irlanda tal-Kitba Polizjeska. Vanessa hija membru fil-bord tas-Soċjetà tal-Awturi, u membru tal-RSA. Għenet fl-iżvilupp ta’ bosta inizjattivi fid-dinja tal-kitba, u b’hekk għamlet isem ma’ kittieba emerġenti. Taħdem ukoll ma’ aġenti letterarji u pubblikaturi kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-Irlanda sabiex tgħarrex għal talent ġdid. Vanessa ngħaqdet mal-Bord tal-Assoċjazzjoni ta’ Kittieba tal-Polizjesk fl-2021, u għandha rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tax-Xahar Nazzjonali ta’ Qari Polizjesk. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More Żviluppa l-Finzjoni Tiegħek: Workshop ma’ Richard Skinner mill-Faber Academy – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 9th November, 2024 9:30 AM - 3:00 PM Read More Tnedija ta’ Ktieb: It-Traduzzjoni bil-Malti ta’ ‘The Three Body Problem’ – Faraxa Publishing – Is-Sala tal-Qarrejja / 8th November, 2024 7:00 PM - 8:00 PM Read More Naqraw ma’ Lucienne: Sessjoni Interattiva – Pandora Books – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 10:00 AM - 11:00 AM Read More Tnedija ta’ ‘Leħen il-Malti’ – Għadd 43 – Għaqda tal-Malti – Università – Is-Sala tal-Kittieba 10th November, 2024 2:00 PM - 3:00 PM Read More