Skip to content
Antoloġija 2

Letteratura Mhux Fittizja

Antoloġija 2

Din hija t-tieni ġabra annwali ta’ Aphroconfuso u tiġbor fiha l-biċċa l-kbira tal-kitba li dehret fit-tieni sena tal-ġurnal, mill-1 ta’ Mejju 2024. Antoloġija 2 tinkludi djarji, esejs, stejjer, poeżiji u xogħol kollaborattiv.

Antoloġija 2 tinkludi l-kitba ta’ Beverly Agius, Jasmine Bajada, Karl Baldacchino, Warren Bartolo, Kristina Borg, Kurt Borg, Noah Fabri, Ryan Falzon, fatima a.m., Joe Gatt , Davinia Hamilton, Ira Melkonyan, Glorianne Micallef, Omar N’Shea, Nathan Anthony Pace, Kris Polidano, Maria Theuma, Leslie Vassallo, Loranne Vella u Manuela Zammit.

Ixtri l-ktieb
Aphroconfuso
Letteratura Mhux Fittizja
2026

Loranne Vella, Joe Gatt (eds)

Loranne Vella hija l‐awtur tar-rumanzi Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress, Marta Marta, Rokit u Magna Mater, tan‐novella dawn l‐erbat ikmamar l’għandi, u l‐ġabra ta’ stejjer qosra mill-bieb ’il ġewwa. Hija wkoll koawtur tat-Triloġija tal-Fiddien. Rebħet il‐Premju Nazzjonali tal-Ktieb diversi drabi, fosthom għal Marta Marta fl‐2023 u Rokit fl‐2018. Fl‐2022 ittraduċiet Ma Kuraġġ u Wliedha ta’ Bertolt Brecht għal Teatru Malta. Fl‐2014 u l‐2015 rebħet il‐Premju Nazzjonali tal-Ktieb Terramaxka għat-traduzzjoni ta’ kotba għat-tfal. Loranne Vella hija koeditur ta’ Aphroconfuso.

Joe Gatt huwa kittieb, traduttur u editur. Ħadem Londra fi rwoli editorjali ma’ Vogue, The Modern Review, u għal ħames snin kien l‑editur ta’ GSpot Magazine. Kiteb għal diversi pubblikazzjonijiet, fosthom The Face, Dazed & Confused u The Guardian. Riċentament, l‑istejjer tiegħu ġew ippubblikati f’Scintillas: New Maltese Writing 1 (Praspar Press 2021) u The London Magazine. It-traduzzjoni tiegħu ta’ “Sottomissjoni” ta’ Glorianne Micallef dehret f’Asymptote, u You Know the Sun Bothers Me, it-traduzzjoni tiegħu ta’ SAJF ta’ Ryan Falzon, ġiet ppubblikata minn Foundry Editions fir-Renju Unit. It-traduzzjoni kienet rebbieħa ta’ English PEN Translates Award. Joe Gatt huwa koeditur ta’ Aphroconfuso.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.