Home / National Book Prize / dahri darek Poeżiji dahri darek “dahri darek” jinfetaħ bħal sinsla mkebba. Bejn id-drapp u l-ġilda, il-ħajta u r-ritratt, dan ix-xogħol jiżvolġi mill-ġest tal-ġibda tal-keffa, it-tħaxkin tal-ħwejjeġ mal-ġilda, it-tregħida tal-memorja meħjuta. Kull ritratt huwa biċċa mill-ġisem li jirrifjuta li jintrabat; kull kelma, fil bejn il-preżenza u l-assenza. Flimkien, jiffurmaw koreografija taa’ memorja – il-qtugħ, it-tiswija, it-tkejjil – fejn l-att tal-ħjata jsir kemm ritwal kif ukoll reżistenza. Il-ktieb jiċċaqlaq bħall-ġisem li l-poeżija ta’ ġo fih titkellem fuqu: jiltewa, jistrieħ, jinfetaħ mill-ġdid. Tista’ tixtri dal-ktieb billi tkellem lill-awtriċi fuq vassalloklara03@gmail.com Awtoppubblikat / Self-published Poeżiji 2026 Klara Vassallo Klara Vassallo tikteb u tirriċerka. Hija gradwata b’Baċellerat bl-Unuri fil-Malti mill-Università ta’ Malta u għadha kif lestiet il-Masters bir-Riċerka fil-Letteratura Maltija, b’riċerka ffukata fuq it-trawma, il-korporalità u l-lingwa poetika fix-xogħol ta’ Doreen Micallef. Fl-2022 ippubblikat il-ġabra poetika ħoss ħsejjes, filwaqt li x-xogħol tagħha kompla jiżviluppa permezz ta’ proġetti li jgħaqqdu l-poeżija mal-ġisem, il-memorja u l-esperjenza soċjali. Rebħet l-ewwel premju fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef u hija attiva f'Inizjamed u Pen Malta. Fix-xogħol kreattiv u akkademiku tagħha, Vassallo hija partikolarment interessata fil-mod kif il-letteratura tista’ tagħti forma lil esperjenzi diffiċli, toħloq spazju għal vuċijiet li spiss jibqgħu mhux mismugħa, u ssir mezz ta’ riflessjoni, djalogu u impenn soċjali. [caption id="attachment_23480" align="alignnone" width="200"] Klara Vassallo[/caption] NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us