Home / National Book Prize / Miti Maltin Monstri U Kreaturi Novelli Miti Maltin Monstri U Kreaturi Fil-qigħan tal-ibħra Maltin, f’xi għerien mistura, jew bjar fondi, ’il bogħod mixxmux, jistejqru monstri minsuġa qalb mewġ notturn, kreaturi tal-qedem fejn iterrqu għall-vittma li jmiss. Tista’ tkun int, nista’ nkun jien, min jaf? Il-Belliegħa tal-Bir, il-Gawgaw, Ċensa l-Mewt, Żulejma fost ħolqien oħra qed jistennewk imkeffna qalb il-paġni ta’ dan il-ktieb, sabiex int il-qarrej terġa’ tonfoħ nifsek fihom u tqajjimhom mill-ġdid. Vjaġġ fil-folklor tal-poplu Malti, fejn midfun taħt il-ħolqien tal-miti Maltin, hemm jistkenn is-subkonxju. U li kieku ngħidlek li l-istorja favorita li tmissna fil-mitoloġija, min jaf hux dik l-istorja li ngħidu lilna nfusna sabiex inżommu sani f’din il-ħajja waħdiena li ngħatajna? Ixtri l-ktieb Klabb Kotba Maltin Novelli 2026 Rowena Grech Rowena Grech hija awtriċi u analista f'laboratorju, b’formazzjoni xjentifika kif ukoll letterarja li tamalgama l-preċiżjoni tax-xjenza flimkien mal-arti tal-kelma. Hija gradwata fix‑Xjenza Applikata (Bijoloġija, Fiżika u Kimika) u taħdem bħala Analista Fil‑Laboratorji, fejn l-osservazzjoni u l-attenzjoni għad-dettall jiffurmaw parti mill-identità professjonali tagħha. Rowena hija l-awtriċi ta’ Miti Maltin, Monstri u Kreaturi (2024), ktieb li jittratta temi kontemporanji permezz tal-lenti tal-mitoloġija Maltija b’kuntesti moderni u soċjali. Fl-2022 ħarġet ukoll Il-Ktieb tas‑Sħaħar, ġabra ta’ ħrejjef minsuġa b’temi attwali bħall-partiġġjaniżmu, l-isfreġju tal-ambjent u t-tensjonijiet soċjali li jkomplu jagħtu ħajja ġdida lil dawn l-istejjer klassiċi. L-istejjer tagħha “Lilek Ħabbejt” u “100” ġew ippubblikati f’Leħen il‑Malti, ir-rivista ewlenija tal‑Għaqda tal‑Malti - Università. Rowena għandha Diploma fil‑Letteratura Maltija u tħarrġet fil‑Qari tal‑Provi. Wettqet ukoll b’suċċess kretti oħra mal-Università ta’ Malta fosthom; Il-Ħerboloġija, Apparat Mediku, Il-Kimika fil-Kċina u Kitba Kreattiva Għat-Tfal. Rowena mhijiex biss awtriċi iżda tesperimenta b’ mezzi ta’ arti oħra sabiex tesprimi lilha nnifisha. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us