Home / Programme / Palk Ħieles waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – Inizjamed, KNK Palk Ħieles waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – Inizjamed, KNK 26th March, 2021 7:00 PM - 9:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=Muwfdy9D62E[/embedyt] Palk Ħieles jirritorna waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, din id-darba b’mod virtwali – tinsiex tirreġistra sabiex taqsam magħna kull tip ta’ poeżija, proża, kanzunetta jew stand-up. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kamus qiegħed għal darb’oħra qed jikkollabora ma’ Inizjamed sabiex naqsmu l-entużjażmu tagħhom lejn il-letteratura, billi noffru spazju għal kull min jixtieq jaqsam xi bċejjeċ letterarji mal-udjenza. Wieħed jista’ jaqra xi poeżija, storja, jagħmel xi stand up, ikanta kanzunetta oriġinali jew jesprimi dak li jaħseb jista’ jkun relevanti ma’ din l-udjenza. L-interventi jistgħu jkunu bi kwalunkwe djalett jew lingwa. Kburin bil-preżenza tal-poeta u kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi Mark Doty, il-mistieden speċjali tal-Festival. Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Elliot, u rebaħ anki n-National Book Award fl-Amerka. Doty, li spiss tqabbel ma’ James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy, se jaqra biċċiet mill-poeżiji u l-memoirs tiegħu. Miegħu jingħaqad il-kittieb lokali Teodor Reljic. Reljic, li twieled Belgrad (1985) imma trabba Malta (1992-), jikteb stejjer fittizji, jaħdem għal rasu fl-ikkuppjar ta’ testi u huwa kritiku tal-films. L-ewwel rumanz tiegħu, Two, kien ippubblikat minn Merlin Publishers. Kien ippubblikat ukoll minn Weird Fiction Review, Le Monde N’Est Pas Rond u Filmkrant. Studja l-Ingliż u ġab Maġisteru fih fl-2010 mill-Università ta’ Malta. Inizjamed hija organizzazzjoni kulturali Mediterranja li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Inizjamed tfittex li ġġedded l-espressjoni artistika f’Malta fid-dawl ta’ għarfien aħjar tal-varjetà kulturali li teżisti f’pajjiżna, fir-reġjun tal-Mediterran u lilhinn. F’dan il-kuntest, “il-kultura” tirreferi ghall-iżvilupp artistiku u intellettwali u b’mod partikulari dawk l-affarijiet li jinsġu flimkien l-eżistenza tagħna u jgħinuna biex nagħtuha skop. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More Żviluppa l-Finzjoni Tiegħek: Workshop ma’ Richard Skinner mill-Faber Academy – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 9th November, 2024 9:30 AM - 3:00 PM Read More Tnedija ta’ Ktieb: It-Traduzzjoni bil-Malti ta’ ‘The Three Body Problem’ – Faraxa Publishing – Is-Sala tal-Qarrejja / 8th November, 2024 7:00 PM - 8:00 PM Read More Naqraw ma’ Lucienne: Sessjoni Interattiva – Pandora Books – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 10:00 AM - 11:00 AM Read More