Home / Programme / Palk Ħieles waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – Inizjamed, KNK Palk Ħieles waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus – Inizjamed, KNK 26th March, 2021 7:00 PM - 9:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=Muwfdy9D62E[/embedyt] Palk Ħieles jirritorna waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, din id-darba b’mod virtwali – tinsiex tirreġistra sabiex taqsam magħna kull tip ta’ poeżija, proża, kanzunetta jew stand-up. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kamus qiegħed għal darb’oħra qed jikkollabora ma’ Inizjamed sabiex naqsmu l-entużjażmu tagħhom lejn il-letteratura, billi noffru spazju għal kull min jixtieq jaqsam xi bċejjeċ letterarji mal-udjenza. Wieħed jista’ jaqra xi poeżija, storja, jagħmel xi stand up, ikanta kanzunetta oriġinali jew jesprimi dak li jaħseb jista’ jkun relevanti ma’ din l-udjenza. L-interventi jistgħu jkunu bi kwalunkwe djalett jew lingwa. Kburin bil-preżenza tal-poeta u kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi Mark Doty, il-mistieden speċjali tal-Festival. Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Elliot, u rebaħ anki n-National Book Award fl-Amerka. Doty, li spiss tqabbel ma’ James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy, se jaqra biċċiet mill-poeżiji u l-memoirs tiegħu. Miegħu jingħaqad il-kittieb lokali Teodor Reljic. Reljic, li twieled Belgrad (1985) imma trabba Malta (1992-), jikteb stejjer fittizji, jaħdem għal rasu fl-ikkuppjar ta’ testi u huwa kritiku tal-films. L-ewwel rumanz tiegħu, Two, kien ippubblikat minn Merlin Publishers. Kien ippubblikat ukoll minn Weird Fiction Review, Le Monde N’Est Pas Rond u Filmkrant. Studja l-Ingliż u ġab Maġisteru fih fl-2010 mill-Università ta’ Malta. Inizjamed hija organizzazzjoni kulturali Mediterranja li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Inizjamed tfittex li ġġedded l-espressjoni artistika f’Malta fid-dawl ta’ għarfien aħjar tal-varjetà kulturali li teżisti f’pajjiżna, fir-reġjun tal-Mediterran u lilhinn. F’dan il-kuntest, “il-kultura” tirreferi ghall-iżvilupp artistiku u intellettwali u b’mod partikulari dawk l-affarijiet li jinsġu flimkien l-eżistenza tagħna u jgħinuna biex nagħtuha skop. SHARE POST Similar Posts Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 – L-Għoti tal-Premjijiet – KNK 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 7:30 PM Read More Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧 7th November, 2026 7:00 PM - 8:00 PM Read More Tnedija ta’ ‘Ittri lil Poeta Żagħżugħa’ ta’ Jasmine Bajada – Aphroconfuso 🇲🇹 7th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More Minn Komuni għal Memorabbli: Il-Ħolqien ta’ Kitba Fittizja li Ma Tistaġnax – Proofreading Malta 🇬🇧 7th November, 2026 1:00 PM - 2:30 PM Read More Lejla ma’ Esther García Llovet – KNK 🇬🇧 6th November, 2026 7:00 PM - 8:30 PM Read More Tnedija tar-Rumanz il-Ġdid ‘EREŻIJA’ ta’ Alex Vella Gera – Kotba Calleja 🇲🇹 6th November, 2026 6:00 PM - 7:00 PM Read More Preżentazzjoni ta’ ‘Nifs: Kaos u Poeżija’ ta’ Franco “Bifo” Berardi, tr. Karl Baldacchino – Aphroconfuso 🇲🇹 6th November, 2026 6:00 PM - 7:00 PM Read More Għaliex il-Ġjallesk ta’ Ġid Għalik: Masterclass Minn Ian Rankin – KNK 🇬🇧 5th November, 2026 7:00 PM - 8:30 PM Read More Tnedija – ‘Leħen il-Malti’ (Għadd 45) – L-Għaqda tal-Malti – Università 🇲🇹 5th November, 2026 6:00 PM - 7:00 PM Read More