Home / News / Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik Back to News Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jtella’ sessjoni esklussiva oħra fuq Zoom mal-aġent letterarju internazzjonali Simon Trewin, miftuħa għall-membri u l-professjonisti kollha tal-komunità Maltija tal-pubblikazzjoni. Din hija t-tielet sessjoni f’sensiela ta’ attivitajiet li għandhom iwassluna għal attività lajv waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru. ‘The Networking Toolkit’ se sseħħ nhar id-19 ta’ Settembru fl-16:00, u fiha Trewin se jagħti l-pariri tiegħu msejsa fuq snin twal ta’ esperjenza dwar kif wieħed għandu jġib ruħu f’avvenimenti ta’ networking fl-ambitu letterarju. Jekk interessat tipparteċipa, inkiteb hawnhekk sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Settembru. Kemm jekk inti awtur, pubblikatur jew professjonist ieħor fil-qasam tal-letteratura, Trewin se jieħdok tul tappi differenti fix-xena tal-pubblikazzjoni internazzjonali – fi stil tipiku tiegħu li jlaqqa’ l-umoriżmu, l-intwizzjoni u l-anedotti – u jelenka għaxar ideat prattiċi li tista’ tieħu miegħek biex tagħmel kuntatti b’saħħithom u ġġib differenza fin-negozju tiegħek. Mill-ġenn tal-London Book Fair għall-enormità ta’ dik fi Frankfurt, mill-ilwien tal-fiera tal-kotba f’Bologna għall-opportunitajiet li jkunu qed jistennewk online, f’dis-sessjoni għandek iċ-ċans tara kif bħala Malti tkun tista’ tkun inti wkoll parti minn dil-konverżazzjoni globali. Ma teħtieġ ebda passaport għal dis-sessjoni ħlief moħħ u ktejjeb għan-noti – it-tnejn miftuħin. Simon Trewin huwa veteran fl-industrija tal-kotba fir-Renju Unit, u l-kittieba fil-portafoll tiegħu – notevolment awturi bħal John Boyne u r-rebbieħ tal-Premju Booker Paul Lynch – ġew tradotti f’aktar minn 60 lingwa differenti. Trewin issa ilu jikkollabora mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dawn l-aħħar snin, u jista’ jitqies bħala ambaxxatur letterarju għal Malta. Dis-sessjoni b’xejn, iżda trid tirreġistra xorta waħda għaliha billi timla dil-formola. Min għandu xi mistoqsijiet għal Trewin, mitlub iniżżilhom fil-formola stess. Simon Trewin jingħaqad magħna in persona waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru li ġej, bl-attività ‘Irfina l-Pitch Tiegħek għall-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra’, li tista’ tirreġistra għaliha b’xejn minn hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Inniedu l-Powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25! Festivals 16th June, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More