Home / News / Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik Back to News Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jtella’ sessjoni esklussiva oħra fuq Zoom mal-aġent letterarju internazzjonali Simon Trewin, miftuħa għall-membri u l-professjonisti kollha tal-komunità Maltija tal-pubblikazzjoni. Din hija t-tielet sessjoni f’sensiela ta’ attivitajiet li għandhom iwassluna għal attività lajv waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru. ‘The Networking Toolkit’ se sseħħ nhar id-19 ta’ Settembru fl-16:00, u fiha Trewin se jagħti l-pariri tiegħu msejsa fuq snin twal ta’ esperjenza dwar kif wieħed għandu jġib ruħu f’avvenimenti ta’ networking fl-ambitu letterarju. Jekk interessat tipparteċipa, inkiteb hawnhekk sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Settembru. Kemm jekk inti awtur, pubblikatur jew professjonist ieħor fil-qasam tal-letteratura, Trewin se jieħdok tul tappi differenti fix-xena tal-pubblikazzjoni internazzjonali – fi stil tipiku tiegħu li jlaqqa’ l-umoriżmu, l-intwizzjoni u l-anedotti – u jelenka għaxar ideat prattiċi li tista’ tieħu miegħek biex tagħmel kuntatti b’saħħithom u ġġib differenza fin-negozju tiegħek. Mill-ġenn tal-London Book Fair għall-enormità ta’ dik fi Frankfurt, mill-ilwien tal-fiera tal-kotba f’Bologna għall-opportunitajiet li jkunu qed jistennewk online, f’dis-sessjoni għandek iċ-ċans tara kif bħala Malti tkun tista’ tkun inti wkoll parti minn dil-konverżazzjoni globali. Ma teħtieġ ebda passaport għal dis-sessjoni ħlief moħħ u ktejjeb għan-noti – it-tnejn miftuħin. Simon Trewin huwa veteran fl-industrija tal-kotba fir-Renju Unit, u l-kittieba fil-portafoll tiegħu – notevolment awturi bħal John Boyne u r-rebbieħ tal-Premju Booker Paul Lynch – ġew tradotti f’aktar minn 60 lingwa differenti. Trewin issa ilu jikkollabora mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dawn l-aħħar snin, u jista’ jitqies bħala ambaxxatur letterarju għal Malta. Dis-sessjoni b’xejn, iżda trid tirreġistra xorta waħda għaliha billi timla dil-formola. Min għandu xi mistoqsijiet għal Trewin, mitlub iniżżilhom fil-formola stess. Simon Trewin jingħaqad magħna in persona waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru li ġej, bl-attività ‘Irfina l-Pitch Tiegħek għall-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra’, li tista’ tirreġistra għaliha b’xejn minn hawnhekk. SHARE POST Related Articles ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More view all similar news
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More