
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li s-sensiela ta’ dokudrama ‘Storja ta’ Storja’, magħmula minn tmien episodji ma’ kittieba Maltin rebbieħa ta’ bosta premji letterarji, se tibda tixxandar esklussivament fuq TVM mis-Sibt 8 ta’ Awwissu ’l quddiem.
‘Storja’ ta’ Storja’ jiffoka fuq il-ħajja u x-xogħol ta’ tmien awturi li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u huwa x-xogħol tal-kumpanija tal-produzzjonijiet Sajjetta, bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kittieba li jidhru f’dis-sensiela huma Dr. Alfred Sant, Loranne Vella, Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi, Alex Vella Gera, Lou Drofenik, Maria Grech Ganado u Walid Nabhan.
Kull episodju jipprovdi lill-udjenza b’għarfien aktar profond ta’ wħud mill-aktar awturi ċelebri ta’ Malta billi jħares lejn ħajjithom u xogħlijiethom, u jinkludi intervisti mal-awturi nfushom u drammatizzazjoniijet ta’ partijiet mix-xogħol letterarju tagħhom għat-televiżjoni. L-ewwel episodju, dwar Dr. Alfred Sant u adattament ta’ silta mir-rumanz Silġ fuq Kemmuna (PEG, 2005), jixxandar fuq TVM is-Sibt 8 ta’ Awwissu fis-7.15pm.
Il-produzzjoni tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ ismijiet magħrufa fil-qasam awdjoviżiv lokali, fosthom Mikhail Basmadjian bħala l-protagonist fl-adattament tan-novella ta’ Loranne Vella ‘Kikkra’, Erica Muscat, Christian Galea, Antonella Axisa, u Gianni Selvaggi li għandu rwoli fl-adattamenti ta’ Is-Sriep reġgħu saru velenużi (Merlin, 2012) ta’ Alex Vella Gera, kif ukoll Silġ fuq Kemmuna.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-Produttur Eżekuttiv tas-sensiela ‘Storja ta’ Storja’ wara li fl-2019 ħareġ sejħa għall-applikazzjoni biex tiġi prodotta sensiela ta’ dokudrama li tippromwovi l-letteratura Maltija lil udjenzi ġodda. Il-kumpanija tal-produzzjoni Sajjetta rebħet il-konkors u ngħatat €80,000 biex tipproduċi s-sensiela, li hi diretta u adattata minn Charlie Cauchi u Martin Bonnici, u kitba għall-iskrin ta’ Teodor Reljiç.
Wara li jixxandru fuq TVM, tkun tista’ tara l-episodji kollha ta’ ‘Storja ta’ Storja’ fuq il-paġna tal-KNK fuq Youtube.
Għal aktar dettalji dwar ‘Storja ta’ Storja’ u inizjattivi oħra tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb segwi is-sit u l-paġna Facebook tal-KNK.
Gwida għal kull episodju
‘Storja ta’ Storja’ jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Sibt filgħaxija mit-8 t’Awwissu, b’ripetizzjoni fuq TVM2 il-Ħamis ta’ wara fit-8:15 pm.
Episodju 1 – Alfred Sant jixxandar fuq TVM is-Sibt 8 ta’ Awwissu fis-7:15 pm
Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz Silġ fuq Kemmuna (PEG, 2005)
B’repetizzjoni l-Ħamis 13 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2
Episodju 2 – Loranne Vella jixxandar fuq TVM is-Sibt 15 ta’ Awwissu fis-7:15 pm
Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ ‘Il-Kikkra’ mill-ktieb mill-bieb ’il ġewwa (EDE, 2019)
B’repetizzjoni l-Ħamis 20 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2
Episodju 3 – Immanuel Mifsud jixxandar fuq TVM is-Sibt 22 ta’ Awwissu fis-7:15 pm
Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Il-Ħadd’ mill-ktieb Stejjer li kellhomx jinkitbu (Klabb Kotba Maltin, 2008)
B’repetizzjoni l-Ħamis 27 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2
Episodju 4 – Clare Azzopardi jixxandar fuq TVM is-Sibt 29 ta’ Awwissu fis-:15 pm
Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Lily’ mill-ktieb Kulħadd ħalla isem warajh (Merlin Publishers, 2014)
B’repetizzjoni l-Ħamis 3 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2
Episodju 5 – Alex Vella Gera jixxandar fuq TVM is-Sibt 5 ta’ Settembru fis-7:15 pm
Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz Is-Sriep reġgħu saru velenużi (Merlin Publishers, 2012)
B’repetizzjoni l-Ħamis 10 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2
Episodju 6 – Lou Drofenik jixxandar fuq TVM is-Sibt 12 ta’ Settembru fis 7:15 pm
Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz The Reluctant Healer (Horizons, 2018)
B’repetizzjoni l-Ħamis 17 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2
Episodju 7 – Maria Grech Ganado jixxandar fuq TVM is-Sibt 19 ta’ Settembru fis-7:15 pm
Jinkludi drammatizzazzjoni tal-poeżija ‘Bolero’.
B’repetizzjoni l-Ħamis 24 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2
Episodju 8 – Walid Nabhan jixxandar fuq TVM is-Sibt 26 ta’ Settembru fis-7:15 pm
Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Sodda No. 18’ mill-ktieb Lura d-Dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx (Klabb Kotba Maltin, 2009)
B’repetizzjoni l-Ħamis 1 ta’ Ottubru fit-8.15pm fuq TVM2
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi