Home / News / Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM back to news Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM Fondi • Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 13th July, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li s-sensiela ta’ dokudrama ‘Storja ta’ Storja’, magħmula minn tmien episodji ma’ kittieba Maltin rebbieħa ta’ bosta premji letterarji, se tibda tixxandar esklussivament fuq TVM mis-Sibt 8 ta’ Awwissu ’l quddiem. ‘Storja’ ta’ Storja’ jiffoka fuq il-ħajja u x-xogħol ta’ tmien awturi li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u huwa x-xogħol tal-kumpanija tal-produzzjonijiet Sajjetta, bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kittieba li jidhru f’dis-sensiela huma Dr. Alfred Sant, Loranne Vella, Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi, Alex Vella Gera, Lou Drofenik, Maria Grech Ganado u Walid Nabhan. Kull episodju jipprovdi lill-udjenza b’għarfien aktar profond ta’ wħud mill-aktar awturi ċelebri ta’ Malta billi jħares lejn ħajjithom u xogħlijiethom, u jinkludi intervisti mal-awturi nfushom u drammatizzazjoniijet ta’ partijiet mix-xogħol letterarju tagħhom għat-televiżjoni. L-ewwel episodju, dwar Dr. Alfred Sant u adattament ta’ silta mir-rumanz Silġ fuq Kemmuna (PEG, 2005), jixxandar fuq TVM is-Sibt 8 ta’ Awwissu fis-7.15pm. Il-produzzjoni tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ ismijiet magħrufa fil-qasam awdjoviżiv lokali, fosthom Mikhail Basmadjian bħala l-protagonist fl-adattament tan-novella ta’ Loranne Vella ‘Kikkra’, Erica Muscat, Christian Galea, Antonella Axisa, u Gianni Selvaggi li għandu rwoli fl-adattamenti ta’ Is-Sriep reġgħu saru velenużi (Merlin, 2012) ta’ Alex Vella Gera, kif ukoll Silġ fuq Kemmuna. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-Produttur Eżekuttiv tas-sensiela ‘Storja ta’ Storja’ wara li fl-2019 ħareġ sejħa għall-applikazzjoni biex tiġi prodotta sensiela ta’ dokudrama li tippromwovi l-letteratura Maltija lil udjenzi ġodda. Il-kumpanija tal-produzzjoni Sajjetta rebħet il-konkors u ngħatat €80,000 biex tipproduċi s-sensiela, li hi diretta u adattata minn Charlie Cauchi u Martin Bonnici, u kitba għall-iskrin ta’ Teodor Reljiç. Wara li jixxandru fuq TVM, tkun tista’ tara l-episodji kollha ta’ ‘Storja ta’ Storja’ fuq il-paġna tal-KNK fuq Youtube. Għal aktar dettalji dwar ‘Storja ta’ Storja’ u inizjattivi oħra tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb segwi is-sit u l-paġna Facebook tal-KNK. Gwida għal kull episodju ‘Storja ta’ Storja’ jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Sibt filgħaxija mit-8 t’Awwissu, b’ripetizzjoni fuq TVM2 il-Ħamis ta’ wara fit-8:15 pm. Episodju 1 – Alfred Sant jixxandar fuq TVM is-Sibt 8 ta’ Awwissu fis-7:15 pm Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz Silġ fuq Kemmuna (PEG, 2005) B’repetizzjoni l-Ħamis 13 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2 Episodju 2 – Loranne Vella jixxandar fuq TVM is-Sibt 15 ta’ Awwissu fis-7:15 pm Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ ‘Il-Kikkra’ mill-ktieb mill-bieb ’il ġewwa (EDE, 2019) B’repetizzjoni l-Ħamis 20 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2 Episodju 3 – Immanuel Mifsud jixxandar fuq TVM is-Sibt 22 ta’ Awwissu fis-7:15 pm Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Il-Ħadd’ mill-ktieb Stejjer li kellhomx jinkitbu (Klabb Kotba Maltin, 2008) B’repetizzjoni l-Ħamis 27 ta’ Awwissu fit-8.15pm fuq TVM2 Episodju 4 – Clare Azzopardi jixxandar fuq TVM is-Sibt 29 ta’ Awwissu fis-:15 pm Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Lily’ mill-ktieb Kulħadd ħalla isem warajh (Merlin Publishers, 2014) B’repetizzjoni l-Ħamis 3 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2 Episodju 5 – Alex Vella Gera jixxandar fuq TVM is-Sibt 5 ta’ Settembru fis-7:15 pm Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz Is-Sriep reġgħu saru velenużi (Merlin Publishers, 2012) B’repetizzjoni l-Ħamis 10 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2 Episodju 6 – Lou Drofenik jixxandar fuq TVM is-Sibt 12 ta’ Settembru fis 7:15 pm Jinkludi drammatizzazzjoni ta’ silta mir-rumanz The Reluctant Healer (Horizons, 2018) B’repetizzjoni l-Ħamis 17 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2 Episodju 7 – Maria Grech Ganado jixxandar fuq TVM is-Sibt 19 ta’ Settembru fis-7:15 pm Jinkludi drammatizzazzjoni tal-poeżija ‘Bolero’. B’repetizzjoni l-Ħamis 24 ta’ Settembru fit-8.15pm fuq TVM2 Episodju 8 – Walid Nabhan jixxandar fuq TVM is-Sibt 26 ta’ Settembru fis-7:15 pm Jinkludi drammatizzazzjoni tan-novella ‘Sodda No. 18’ mill-ktieb Lura d-Dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx (Klabb Kotba Maltin, 2009) B’repetizzjoni l-Ħamis 1 ta’ Ottubru fit-8.15pm fuq TVM2 [add_posts category=film-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More