
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet għall-Fond għall-Adattament Ċinematografiku, maħsub biex jippromwovi aktar ix-xogħlijiet letterarji Maltin billi jappoġġja l-produzzjoni ta’ adattament ta’ film ibbażat fuq rumanz rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond se jkun qed jindirizza l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett ibbażat fuq ktieb rebbieħ wieħed, b’allokazzjoni finanzjarja massima ta’ €200,000 mogħtija skont id-deċiżjoni ta’ bord indipendenti ta’ evalwazzjoni.
Ix-xogħol letterarju li se jkun qed jiġi adattat irid ikun rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Kategorija tar-Rumanzi bil-Malti jew bl-Ingliż minn kemm ilu li beda l-Premju (jiġifieri mill-edizzjoni tal-1971). Il-verżjoni finali tal-adattament f’film m’għandiex tkun inqas minn 80 minuta.
Kumpaniji tal-produzzjoni awdjoviżivi interessati li japplikaw għandhom ikollhom id-drittijiet li jadattaw ir-rumanz kif ukoll li jipproduċu u jqassmu l-film, permezz ta’ ftehim dwar l-għażla qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll pjan iddettaljat tal-proġett, analiżi finanzjarja, u ittri ta’ intenzjoni mid-Direttur(i) u l-Produttur(i). Ir-Regolamenti u l-Kriterji tal-Valutazzjoni kollha nġabru f’dokument ta’ Linji Gwida li fih l-informazzjoni kollha li jeħtieġu l-applikanti. L-applikanti interessati għandhom jagħmlu ċert li jaqraw il-Linji Gwida b’attenzjoni u fl-intier tagħhom, inklużi l-Annessi kollha.
Il-benefiċjarju tal-għotja għall-produzzjoni, imqassma tul tliet snin finanzjarji, se jkun meħtieġ li jidħol fi ftehim kuntrattwali mal-KNK sa mhux aktar tard minn Diċembru 2019, u jkun mistenni li jwassal verżjoni finali tal-film lill-Kunsill sal-2021.
Il-KNK se jkollu d-dritt li juri l-film għal finijiet mhux kummerċjali f’avvenimenti speċjali f’Malta u lilhinn minnha biex jippromwovi l-letteratura ta’ Malta u l-programm ta’ finanzjament. Matul il-perjodu kollu tal-produzzjoni, it-tim irid jibqa’ f’kuntatt mal-amministraturi tal-Kunsill biex jiġi żgurat li l-proġett ikun qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-Kriterji ta’ Valutazzjoni u r-Regolamenti.
Applika billi tibgħat erba’ kopji stampati tal-applikazzjoni u d-dokumenti l-oħra lil Michael Mercieca sad-29 ta’ Settembru 2019, bil-posta jew personalment, f’dan l-indirizz: il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph Mangion, il-Furjana, FRN 1800.
Jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet mimlija fis-sħiħ. Il-Linji Gwida tal-Applikanti u l-Formola tal-Applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn hawn.
Għal aktar informazzjoni jew kjarifiki ikkuntattja lil Andrew Ricca fuq [email protected]
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi