Home / News / Il-KNK Jilqa’ Żewġ Membri Ġodda fit-Tim Tiegħu Back to News Il-KNK Jilqa’ Żewġ Membri Ġodda fit-Tim Tiegħu News 31st October, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar l-ingaġġ ta’ żewġ membri ġodda fit-tim tiegħu: Celine Portelli u Ivania Attard, li se jservu fil-grad ta’ Manager. Iż-żewġ ħatriet jiffurmaw parti mit-tħabrik kontinwu tal-KNK sabiex isaħħaħ l-operazzjonijiet tiegħu u jikber fin-numru, sabiex jesegwixxi aħjar inizjattivi kulturali u letterarji ta’ importanza nazzjonali. Portelli u Attard se jibdew uffiċjalment mal-KNK fit-3 ta’ Novembru 2025. Se jkunu qed jieħdu ħsieb proġetti u avvenimenti ta’ ċerta portata, jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 2025-2030, u jassiguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ wħud mill-programmi u l-inizjattivi ewlenin tal-KNK, b’mod speċjali l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Portelli hi storika tal-arti u professjonista kreattiva bbażata Malta, u għandha esperjenza ta’ xogħol kemm fi rwoli tal-akkwist pubbliku u anki fl-immaniġġjar ta’ proġetti kulturali, fosthom il-kordinazzjoni ta’ proġetti internazzjonali bħalma huwa l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja fl-2024. Ħadmet biex tissaħħaħ il-preżenza kulturali ta’ Malta lil hinn minnha bis-saħħa ta’ kollaborazzjonijiet ma’ EUNIC – il-European Union National Institutes for Culture – u assistiet fil-kordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti mifruxin fi nħawi differenti f’Londra, Vjenna, Berlin, Ankara, Doha u l-Kajr. Attard għadha kemm gradwat b’Maġisteru fis-Soċjoloġija mill-Università ta’ Malta, wara li lestiet Baċellerat (bl-Unuri) fl-istess għalqa ta’ studju, mal-Psikoloġija. Tul is-snin, Attard kisbet esperjenza professjonali fi rwoli ta’ komunikazzjoni, organizzazzjoni, u servizz pubbliku – fosthom pożizzjonijiet fl-assistenza amministrattiva, ir-relazzjonijiet mal-klijenti, u l-kordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet kemm pubbliċi u anki privati. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, laqa’ liż-żewġ impjegati ġodda u rrimarka li “iż-żieda ta’ Celine u Ivania hija pass importanti sabiex il-Kunsill jibqa’ tim dinamiku, effiċjenti, u b’ħarstu ’l quddiem fil-missjoni tiegħu li jippromwovi l-letteratura Maltija u jwieżen lill-industrija lokali tal-kotba”. Camilleri faħħar lill-Manager uxxenti Jasmine Bajada, li temmet l-impjieg tagħha f’Settembru li għadda wara sentejn ta’ ħidma mal-KNK. “Jasmine wettqet xogħolha b’mod diliġenti u kienet membru proattiv mit-tim. L-għarfien rikk tal-kultura letterarja applikatu għax-xogħol neċessarju u prattiku tagħna, u kellha sehem kruċjali fl-implimentazzjoni ħarir tal-proġetti u l-operazzjonijiet tagħna. Minn qalbna nixtiqulha l-aħjar għall-futur”, temm Camilleri. Portelli u Attard qed jingħaqdu mal-KNK fi żmien kruċjali tas-sena, hekk kif bħalissa ninsabu jiem biss bogħod mill-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More view all similar news
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More