Home / News / Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Back to News Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival • News • Other 8th October, 2025 Fl-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ dis-sena se nkunu qed Niktbu mill-Ġdid, bis-saħħa tal-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 40 esebitur li flimkien se joħolqu atmosfera ċelebrattiva tal-qawwa trasformattiva li għandhom il-kotba u l-qari; esperjenza rikka u li se tispirak bil-mod uniku tal-Festival. Il-Festival issa jinsab fis-46 edizzjoni tiegħu, u dis-sena se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. Tul is-snin l-avveniment għadda minn bidliet meħtieġa sabiex jimxi maż-żminijiet, madankollu ħaġa waħda baqgħet l-istess – il-preżenza tal-aħjar pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba Maltin li se jieħdu l-ispazju kollu tal-MFCC tul ħamest ijiem. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, innota li l-KNK jinsab kuntent immens bit-tfassil tal-programm li fih aktar minn 100 attività, iżda li madankollu huma l-esebituri nfushom li jagħtu identità partikulari lil dan l-avveniment. “Minn pubblikaturi b’legat twil warajhom sa oħrajn ġodda, bejjiegħa tal-kotba, NGOs u entitajiet internazzjonali bbażati f’Malta, il-Festival jissarraf f’ċelebrazzjoni annwali tal-kotba li tiżviluppa fi mkien fejn jiltaqgħu kulturi differenti b’viżitaturi ta’ kull età u viji differenti tal-ħajja – li kollha se jsibu xi ħaġa li tolqothom u li, l-aktar importanti, tibqa’ magħhom sa wara l-Festival”, qal Camilleri. Il-lista sħiħa tal-esebituri ssibha hawnhekk. Żomm ruħek infurmat dwar dak kollu li ħabbarna sa issa! -Ara hawnhekk, hawnhekk u hawnhekk min huma t-tliet mistiedna internazzjonali. -Irfina l-ħiliet tiegħek u l-għodda tan-networking b’masterclasses u workshops esklussivi (hawnhekk) -Ikteb lit-tfal għax-xows teatrali hawnhekk -Ħares lejn il-programm sħiħ tal-attivitajiet hawnhekk Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir l-MFCC bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru. Għal aktar informazzjoni żur il-paġna tal-Festival hawnhekk. Tista’ ssib informazzjoni dwar il-Festival minn Facebook jew mill-Instagram tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More view all similar news
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More