Home / News / Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals • Malta Book Festival • News • Other 10th September, 2025 Tfal, żgħażagħ u min jieħu ħsiebhom se jkollhom iċ-ċans li jesperjenzaw għadd ta’ xows teatrali bbażati fuq kotba rebbieħa ta’ premji letterarji, waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ dis-sena, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru. Ix-xows teatrali se jkunu kkurati mid-drammaturga Simone Spiteri, u se jieħdu spunti minn kotba li rebħu l-Premju Terramaxka tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-passat. Tnejn mix-xows tant maħbuba se jittellgħu mill-’arkivji’ tal-Festival, u se jkun hemm tnejn oħra ġodda kkummissjonati apposta għal din l-edizzjoni. Ix-xows kollha se jittellgħu fi spazju ġdid iddedikat għat-teatru. Dawn il-performances jimmaġinaw mill-ġdid u b’mod aċċessibbli dawn l-istejjer letterarji, u allura jimxu id f’id mat-tema tal-Festival ta’ dis-sena li ħabbarna aktar kmieni, jiġifieri Nikteb mill-Ġdid – fejn il-letteratura tħeġġiġna nagħmlu dak il-pass aktar ’il quddiem. L-erba’ produzzjonijiet huma: Il-Kreatura tal-Bir (7 snin+)• Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru; 18:00 – 18:40• Is-Sibt 8 ta’ Novembru; 18:00 – 18:40Adattat minn Miguel Formosa mill-ktieb Il-Kreatura tal-Bir ta’ Simon Bartolo (Merlin Publishers). Mikelin (4-9 snin)• Is-Sibt 8 ta’ Novembru; 16:00 – 16:40• Il-Ħadd 9 ta’ Novembru; 10:30 – 11:00Adattat u dirett minn Mikhail Basmadjian u Antonella Axisa, bis-sehem ta’ Giuseppe Gauci Briffa bħala Mikelin mill-ktieb Mikelin ta’ Sandra Hili Vassallo, b’illustrazzjonijiet ta’ Susanna Rumiz (Merlin Publishers).Fittixni (8 snin+) • Is-Sibt 8 ta’ Novembru; 14:00-14:40 • Il-Ħadd 9 ta’ Novembru; 15:00-15:40Dirett minn Karl Cassar bi studenti mill-MVPA u adattat mill-ktieb Fittixni ta’ Antoinette Borg (Merlin Publishers). F’kollaborazzjoni mal-MVPA. Madam Ortensja Paskwalina de Rohan (3-7 snin) • Is-Sibt 8 ta’ Novembru; 11:00-11:40 • Il-Ħadd 9 ta’ Novembru; 13:00-13:40Dirett minn Jacob Piccinino u adattat mill-ktieb Madam Ortensja Paskwalina de Rohan ta’ Clare Azzopardi, illustrat minn Moira Scicluna Zahra (Merlin Publishers). “Il-KNK ħerqan biex għal darb’oħra jilqa’ lill-membri żgħar tal-Festival sabiex jesperjenzaw il-maġija tal-letteratura Maltija fuq l-istejġ”, sostna l-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri. “Dis-sena bdilna l-esperjenza tax-xows sabiex tkun tista’ tilqa’ ferm aktar nies minn dawk biss li jiġu mal-klassi filgħodu, b’xows li se jittellgħu f’jiem differenti tal-Festival”, żied Camilleri, huwa u jesprimi kunfidenza li dan it-trattament differenti tax-xows – imżewweġ mal-performances “fantastiċi” li qed jitħejjew – se jħeġġu apprezzament akbar tal-letteratura Maltija mill-viżitaturi żgħar u żgħażagħ. Id-Direttur Artistiku Simone Spiteri saħqet li t-teatru u l-letteratura jiffurmaw il-fondazzjoni għal edukazzjoni olistika għat-tfal li tgħinhom isawru l-immaġinazzjoni, irawmu l-empatija, u jibnu kuxjenza kulturali sa minn età bikrija. “Eċitata immens li tqabbadt nikkura dan il-grupp ta’ xogħlijiet teatrali, għax qed naħdem ma’ taħlita ta’ diretturi, atturi u persuni fil-qasam kreattiv kemm ġodda u anki stabbiliti, li qed iġibu bejniethom enerġija unika u viżjoni fuq il-palk. Huwa privileġġ li se nkun xhud ta’ din il-kollaborazzjoni, u li qed naħdem mal-KNK li jafda fil-komunità teatrali biex inwasslu xogħol letterarju Malti lil udjenzi żgħar u żgħażagħ b’mod li jibqgħu jiftakruh għal dejjem. Il-postijiet limitati għal 100 siġġu, allura ħaffef u bbukkja minn Eventbrite! Ix-xows teatrali kollha se jsiru waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb l-MFCC, Ta’ Qali, mill-Ġimgħa 7 ta’ Novembru sal-Ħadd 9 ta’ Novembru. Ix-xows b’xejn, iżda trid tirreġistra minn Eventbrite. Għal aktar informazzjoni żur ktieb.org.mtjew segwi lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb minn Facebook jew Instagram. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet jitnieda fil-jiem li ġejjin. SHARE POST Related Articles ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More view all similar news
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More