
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018-19 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2018-19 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa tal-finanzjament, minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Fond hu li jappoġġja proġetti sinjifikattivi kulturalment li jeħtieġu finanzjament sabiex jitwettqu. Anki minħabba l-ammont ta’ sottomissjonijiet ta’ valur f’din l-edizzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb, l-aġġudikaturi ħadu ħsieb li jikkunsidraw ukoll il-valur ta’ kull proġett u, wara analiżi tar-rendikont finanzjarju mehmuż mal-applikazzjoni, allokaw il-fondi b’mod parzjali tali mod li jkunu biżżejjed biex il-pubblikazzjoni sseħħ jew b’mod sħiħ jew parti minnha.
Il-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn tliet aġġudikaturi – Mr Mario Ellul, Mr Andrei Vella Laurenti u Mr Charles Calleja. Ir-rapport tagħhom, bil-lista tar-rebbieħa, ir-rakkomandazzjonijiet għal dawk li ma rnexxilhomx jiksbu l-fondi, u l-kummenti tal-bord se jintbagħat lill-applikanti kollha fil-jiem li ġejjin. Tajjeb jiġi enfasizzat li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.
Wara l-proċess tal-għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-KNK se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa biex jiffirmaw il-kuntratti, jingħadda lilhom il-fond, u jsir il-ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett.
Dawn li ġejjin huma l-proġetti rebbieħa, li did-darba huma kollha proġetti li applikaw għall-fond tal-publikazzjoni.
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Mintoff (1916-2012) – Biography (EN) ta’ Mark Montebello
Applikant: Joseph Borg
Għotja: € 5,000.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: It-traduzzjoni ta’ The Diary of Anne Frank
Applikant: Joanne Micallef
Għotja: € 4,000.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: It-traduzzjoni għall-Ingliż ta’ Aenesidemus Vol. 1
Applikant: John Grech
Għotja: € 4,000.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20
Applikant: Janice Caruana
Għotja: € 4,000.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: No Man’s Land: A journey around Marsamxett and the Grand Harbour
Applikant: Kristina Borg
Għotja: € 4,000
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Bil-Bieb Mitbuq – traduzzjoni ta’ Huis Clos
Applikant: Kevin Saliba
Għotja: € 3,500
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Għaliex Commedia? Għaliex Malta?
Applikant: Narcy Calamatta
Għotja: € 3,000.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Rakkont dwar tfal fi djar tat-tfal
Applikant: Sandra Hili Vassallo
Għotja: € 2,500.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Appuntamenti / Repubblika Immakulata – Żewġ Drammi
Applikant: Simone Spiteri
Għotja: € 2,500.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Beltin: Stejjer minn Nies Minsija
Applikant: Christopher Gruppetta
Għotja: € 2,500.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Quest for the Maltese Żaqq: The last of the old bagpipers
Applikant: Joseph Mizzi
Għotja: € 2,000.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: L-Ispettur Bonnici – Triloġija ta’ Dramm
Applikant: Joseph Mizzi
Għotja: € 2,000.00
Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni
Titlu tal-proġett: Imħabba ta’ Swann – traduzzjoni ta’ Un Amour de Swann
Applikant: Paul Zahra
Għotja: € 1,000.00
Il-KNK jixtieq jirringrazzja lill-aġġudikaturi msemmija hawn fuq, kif ukoll lill-awturi, il-pubblikaturi u l-edituri li ppreżentaw proġetti għal dan il-fond.
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb - Fetħu l-Applikazzjonijiet
- Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018–19
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2018
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb
- Għajnuna bl-Applikazzjoni għall-Fond Malti tal-Ktieb
- Għotjiet għall-Edukazzjoni fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb
- Proġett tal-Fond Malti tal-Ktieb: Kif Dieb il-Gemiem
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Fondi għat-Traduzzjoni
- IL-FOND MALTI TAL-KTIEB: MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET
- Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2017
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- Konferenza InTranslation
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Ħarġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- Tnedija tal-Fond Malti tal-Ktieb - 12/05/2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi