
Dr Veronica Veen se tkun qed titkellem dwar l-importanza soċio-kulturali fl-irrakkuntar tal-ħrejjef fil-kuntest ħaj u soċjali tagħhom, waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fl-3.45 pm fuq il-quadrangle tal-Università.
L-avveniment ta’ Dr Veen jinvolvi wirja kif ukoll taħdita dwar il-ktieb il-ġdid tagħha The Maltese Cinderella and the Women’s Storytelling Tradition. Hi se tiddiskuti l-qawwa u l-impatt tal-ħrejjef, billi tiffoka b’mod partikolari fuq il-kuntest Malti.
X’inhi t-tradizzjoni wara l-ħrafa? “Is-sejba ta’ il-Germudija fl-1992, ħrafa differenti ta’ Ċiklemfusa, tatni inċentiv ġdid biex nistudja l-importanza soċjo-kulturali tal-ħrejjef,” qalet Dr Veen. L-irrakkuntar tal-ħrejjef ħafna drabi kien isir minn nies ‘komuni’ imma għaqlin, b’għeruq fir-relazzjonijiet u l-kontradizzjonijiet ta’ soċjetà u ta’ żmien partikolari. “In-narrativa tagħhom hi kapaċi tittrata dawn il-kunflitti b’mod divertenti u tikkonsla dawk li huma esklużi, kif tista’ tkun ħafna drabi l-mara u t-tifla li għad trid tinbidel u ssib l-emanċipazzjoni.” Din tista’ tispjega għaliex storja ta’ tifla degradata bħal m’hi Ċiklemfusa, li fl-aħħar tikseb ħajja ta’ ferħ, saret daqshekk popolari madwar id-dinja,” kompliet Dr Veen.
“Kienu l-aktar in-nisa li jirrakkuntaw il-ħrejjef u aktar tard studjawhom u kkummentaw dwarhom. Il-kritika f’ċirki femministi dwar ċertu aspetti passivi, dipendenti u domestiċi tal-eroina, u ż-żwieġ bħala tmiem posittiv, jinjoraw il-kuntest tagħhom. Għal Malta, l-eroina zgur mihix passiva imma tieħu d-destin tagħha f’idejha,” kompliet tgħid.
Din it-taħdita se tappella lil udjenza wiesgħa, minn studenti tal-media culture, l-edukazzjoni, il-letteratura u l-istudji femministi u tal-ġeneru, għal membri interessati tal-pubbliku u ġenituri li jaqraw ħrejjef lill-uliedhom. Kopja iffirmata tal-ktieb ta’ Dr Veen jista’ jinxtara wara t-taħdita.
Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.
Għal aktar tagħrif dwar l-avvenimenti ta’ Dr Veen u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn.
- Pospost il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- L-Arti tal-Protesta waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020: Il-Programm
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 - titħabbar id-data u l-mistednin speċjali
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Palk Ħieles tal-Inizjamed waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- It-temi taboo diskussi waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Mill-karta għall-ktieb – L-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita dwar William Blake u l-arti tal-istampar fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2018
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus
- Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb
- Jispiċċa l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus - 5-6-7 ta' Mejju, 2015
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014