Home / News / Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 back to news Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 26th February, 2018 Dr Veronica Veen se tkun qed titkellem dwar l-importanza soċio-kulturali fl-irrakkuntar tal-ħrejjef fil-kuntest ħaj u soċjali tagħhom, waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fl-3.45 pm fuq il-quadrangle tal-Università. L-avveniment ta’ Dr Veen jinvolvi wirja kif ukoll taħdita dwar il-ktieb il-ġdid tagħha The Maltese Cinderella and the Women’s Storytelling Tradition. Hi se tiddiskuti l-qawwa u l-impatt tal-ħrejjef, billi tiffoka b’mod partikolari fuq il-kuntest Malti. X’inhi t-tradizzjoni wara l-ħrafa? “Is-sejba ta’ il-Germudija fl-1992, ħrafa differenti ta’ Ċiklemfusa, tatni inċentiv ġdid biex nistudja l-importanza soċjo-kulturali tal-ħrejjef,” qalet Dr Veen. L-irrakkuntar tal-ħrejjef ħafna drabi kien isir minn nies ‘komuni’ imma għaqlin, b’għeruq fir-relazzjonijiet u l-kontradizzjonijiet ta’ soċjetà u ta’ żmien partikolari. “In-narrativa tagħhom hi kapaċi tittrata dawn il-kunflitti b’mod divertenti u tikkonsla dawk li huma esklużi, kif tista’ tkun ħafna drabi l-mara u t-tifla li għad trid tinbidel u ssib l-emanċipazzjoni.” Din tista’ tispjega għaliex storja ta’ tifla degradata bħal m’hi Ċiklemfusa, li fl-aħħar tikseb ħajja ta’ ferħ, saret daqshekk popolari madwar id-dinja,” kompliet Dr Veen. “Kienu l-aktar in-nisa li jirrakkuntaw il-ħrejjef u aktar tard studjawhom u kkummentaw dwarhom. Il-kritika f’ċirki femministi dwar ċertu aspetti passivi, dipendenti u domestiċi tal-eroina, u ż-żwieġ bħala tmiem posittiv, jinjoraw il-kuntest tagħhom. Għal Malta, l-eroina zgur mihix passiva imma tieħu d-destin tagħha f’idejha,” kompliet tgħid. Din it-taħdita se tappella lil udjenza wiesgħa, minn studenti tal-media culture, l-edukazzjoni, il-letteratura u l-istudji femministi u tal-ġeneru, għal membri interessati tal-pubbliku u ġenituri li jaqraw ħrejjef lill-uliedhom. Kopja iffirmata tal-ktieb ta’ Dr Veen jista’ jinxtara wara t-taħdita. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv. Għal aktar tagħrif dwar l-avvenimenti ta’ Dr Veen u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn. [add_posts category=campus-festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More