Home / Programme / Tnedija tal-ktieb ‘Mużajċi tat-Tafal’ – Horizons Tnedija tal-ktieb ‘Mużajċi tat-Tafal’ – Horizons 12th November, 2020 6:15 PM - 7:00 PM Dawn in-novelli jressqulna l-mużajċi ta’ karattri ordinarji li niltaqgħu magħhom kuljum. Minn barra jistgħu jidhru sħaħ u qawwija, iżda meta nterrqu magħhom fit-tiġrib ta’ ħajjithom nintebħu li huma nies tat-tafal. Nies li baqgħu ankrati mal-imgħoddi tagħhom u jibżgħu minnu. Oħrajn li jixxennqu għal żegħila ta’ apprezzament. Bnedmin li jgħixu l-fantasiji sesswali jew li huma msallba minn ossessjonijiet bħall-biża’ mill-ewtanasja. Bnedmin li jfittxu X-ray tagħhom infushom għax ma jafux jiskopru x’hemm midfun fil-qiegħ ta’ qalbhom u ruħhom. Karattri li jitbandlu mal-iskossi u l-bidliet kulturali. Uħud vittmi tal-egoiżmu jew ta’ piki suppervi li jġarrfu familja. Karattri li jinħbew taħt il-maskri. Kultant jirrabjawna; kultant iqanqlulna ħasra jew jiġbdulna tbissima. Nimxu ma’ nies tad-demm u l-laħam f’esperjenzi varjati li jgħaddu minnhom. Ninfdu l-filoxxi tal-ħajja u niltaqgħu mal-kunflitti interni u fir-relazzjonijiet, mat-tensjonijiet, mal-beżgħat, mal-kuntradizzjonijiet, in-nuqqas ta’ komprensjoni, id-diżillużjoni, il-falliment, l-emozzjonijiet qliel. Ma’ dak li jsawwar il-mużajk fraġli tal-ħajja. Horizons hi waħda mid-djar tal-kotba ewlenin f’Malta u matul is-snin rebħet il-premju f’għadd ta’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Id-dar ippubblikat numru ta’ awturi stabbiliti bħal Mario Azzopardi, Charles Briffa, Lina Brockdorff, Lou Drofenik, Victor Fenech, Charles Flores, Audrey Friggieri, Gioele Galea, Albert Marshall, Alfred Massa, Ġorġ Peresso, John Portelli, Rita Saliba, Salv Sammut u Giuseppe Schembri Bonaci, kif ukoll introduċiet numru ta’ awturi żgħażagħ u promettenti bħal Richard Attard, Helen Borg, Michael Cini, Lorraine Galea, Sergio Grech u Stephen Lughermo. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 – L-Għoti tal-Premjijiet – KNK 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 7:30 PM Read More Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq il-Wikipedija – Wikimedia Community Malta 🇲🇹🇬🇧 8th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awturi – Lorraine Galea u Darren Agius – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More ‘The Book of Valletta’: Stejjer Minn Belt Kollha Kuntrasti – Comma Press u KNK 🇬🇧 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi – Karen Bugeja – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 3:00 PM - 4:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi – Claudette Fava – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 11:00 AM - 12:00 PM Read More Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧 7th November, 2026 7:00 PM - 8:00 PM Read More Tnedija ta’ ‘Ittri lil Poeta Żagħżugħa’ ta’ Jasmine Bajada – Aphroconfuso 🇲🇹 7th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awturi – Lorraine Galea u Darren Agius – Pandora Books 🇲🇹 7th November, 2026 5:00 PM - 6:00 PM Read More