Home / News / SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Back to News SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other • News 16th May, 2025 NUMRU TA’ PERMESS JOBSPLUS 477/2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-Pożizzjoni ta’ Direttur (Eżekuttiv) mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – Numru ta’ Permess Jobsplus 477/2025. Dan huwa inkarigu ta’ livell għoli, full-time, u b’kuntratt definit fuq 3 snin li jiġġedded. Il-pakkett offrut huwa wieħed kompetittiv, b’salarju ta’ €41,530 fis-sena skont Skala 4 tas-Salarji, flimkien ma’ bonus tal-performance u benefiċċji oħra. Il-kandidat li jintgħażel ikun irid iwieġeb direttament lill-Kap Eżekuttiv. L-irwol huwa wieħed ewlieni fl-immaniġġjar strateġiku u operattiv tal-KNK. Ir-responsabbiltajiet jinkludu l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-KNK bejn l-2025 u l-2030, it-tweżin tal-governanza interna, ir-rappreżentanza fuq livell Ewropew, u l-kordinazzjoni effettiva tal-persunal u l-programmi tal-KNK. L-applikanti jrid ikollhom livell ta’ edukazzjoni fi grad ta’ Maġisteru (MQF 7) f’qasam relevanti, ngħidu aħna l-Arti, il-Pubblikazzjoni, jew il-Politika Pubblika. Irid ikollhom tal-inqas 3 snin esperjenza, b’minn tal-inqas waħda minnhom tkun f’pożizzjoni maniġerjali. Essenzjali l-kapaċità lingwistika bil-Malti u bl-Ingliż. Aktar dettalji dwar l-eliġibbiltà u x’inhu mistenni fis-sejħa uffiċjali. L-applikazzjonijiet jiddaħħlu online biss u jridu jkunu indirizzati lill-Kap Eżekuttiv fuq nationalbookcouncil@gov.mt. Is-sottomissjoni trid tinkludi: Ittra ta’ akkumpanjament; Europass CV aġġornat bl-ID Card u l-kwalifikazzjonijiet; Service u Leave Record Form (GP 47) aġġornati, jew l-employment history mill-Jobsplus; Kondotta riċenti maħruġa mill-Pulizija. Dawk l-applikanti li jaħdmu mas-Settur Pubbliku jridu jissottomettu rekords tal-leave u konferma uffiċjali tax-xogħol kurrenti tagħhom, maħruġa mill-Ministeru relevanti. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet hija l-Erbgħa 28 ta’ Mejju 2025 f’nofsinhar (CET). Kull applikazzjoni li tidħol wara dal-ħin ma tkunx aċċettata għal ebda raġuni. Tintbaħat konferma li daħlet l-applikazzjoni b’email. Il-kandidati prospettivi jkunu assessjati minn bord, u l-marka biex tgħaddi hija 50%. Din hija opportunità unika biex b’xogħlok tixpruna u tiggwida l-qasam tal-pubblikazzjoni f’Malta billi tkun impjegat ta’ waħda mill-aktar istituzzjonijiet kulturali u dinamika tiegħu. Inħeġġuk taqra s-sejħa kollha, speċjalment id-dettalji u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà. Id-dettalji kollha hawnhekk. Jekk għandek xi mistoqsija, kellimna fuq nationalbookcouncil@gov.mt SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More