Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Back to News Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni konsiderevoli ta’ kotba lill-Komunità Santa Marija (Aġenzija Sedqa), li se jimlew l-ixkafef tal-librerija u jkunu jistgħu jintużaw mir-residenti li qed jattendu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Il-preżentazzjoni tal-kotba saret mill-Kap Eżekuttiv Mark Camilleri, u l-Manager Anzjan tal-KNK, Matthew Borg, lill-Unit Leader Miguel Buttigieg u l-Operations Manager Ashley Cumbo mis-Sedqa. Il-lista ta’ kotba tinkludi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, tal-Premju Terramaxka, kotba li kienu fil-lista finali ta’ dawn l-istess premji u kotba oħra maħruġa minn pubblikaturi Maltin fl-aħħar sentejn. Fost l-oħrajn, il-kotba jvarjaw minn letteratura fittizja bħal rumanzi, ġabriet ta’ novelli, poeżija u drama, għal letteratura mhux fittizja bħal bijografiji u storjografiji. Minbarra d-donazzjoni ta’ kotba li ssir kull sena lil Malta Libraries sabiex jitqassmu fl-ixkafef tal-libreriji pubbliċi, donazzjonijiet oħra bħal dawn il-KNK jagħmilhom sabiex il-kotba jkunu aktar aċċessibbli għal setturi speċifiċi tas-soċjetà. F’linja mat-tema tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 li sar ix-xahar l-ieħor – Nikteb mill-Ġdid – il-KNK jawgura li l-kotba u l-qari tal-letteratura jkunu ħolqa oħra fi proċess ta’ bidla trasformattiva mhux għar-residenti biss, imma għal kulħadd. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More