Home / News / IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) Back to News IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News • Other 5th August, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iġedded il-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Commonwealth għat-tielet sena konsekuttiva sabiex nassiguraw li l-edizzjoni li jmiss tal-Premju Commonwealth għan-Novelli tkun miftuħa għall-kittieba kollha Maltin, fosthom dawk li jiktbu bl-ilsien nazzjonali tagħna. Barra minn hekk, bħala parti mill-ħidma tal-KNK sabiex joffri aktar opportunitajiet lill-kittieba ħalli jirfinaw is-sengħa tagħhom, il-KNK b i pjaċir iħabbar workshop tour dwar il-kitba tan-novella f’kollaborazzjoni ma’ Aphroconfuso, id-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, Inizjamed, u s-Soċjetà Maltija tal-Arti. Il-workshop tour se jseħħ bejn tard f’Awwissu u Ottubru ta’ dis-sena, u se jkun fih erba’ sessjonijiet – tnejn bil-Malti u tnejn bl-Ingliż – tajbin kemm għal min għadu jibda imma anki għal dawk li ilhom jiktbu fil-ġeneru. Tingħata informazzjoni dwar l-arti u t-teorija tal-ġeneru tan-novella, imsieħba ma’ prattiċi dwar kif teditja x-xogħol. Dawn il-workshops b’xejn, iżda l-postijiet huma limitati u mmirati l-aktar għal dawk li jixtiequ jissottomettu l-istorja qasira tagħhom fl-edizzjoni tal-2026 tal-Premju Commonwealth għan-Novelli. Il-premju jiftaħ mill-ġdid mill-1 ta’ Settembru sal-1 ta’ Novembru 2025. Dan il-premju prestiġġjuż issa jinsab fil-ħmistax-il sena tiegħu, u jippremja l-aħjar storja fittizja qasira (2,000-5,000 kelma) bl-Ingliż – jew tradotta għall-Ingliż – u mhux ippubblikata. Fil-każ ta’ sottomissjonijet minn Malta, bis-saħħa tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb inti tista’ tissottometti l-istorja tiegħek bil-Malti. Il-workshop tour dwar il-kitba tan-novella jiftaħ fid-29 t’Awwissu bis-sessjoni ‘Cut to the Heart: Crafting the Great Short Story’ fil-Palazzo de la Salle, li se titmexxa mit-tutur tal-kitba kreattiva fis-Soċjetà Maltija tal-Arti, David Samuel Hudson. Bħalissa dan huwa l-uniku kors pubbliku li jsir f’Malta dwar il-kitba kreattiva, u dan il-workshop se jieħu l-forma ta’ masterclass dwar kif tikseb l-eċċellenza fil-kitba tal-istorja qasira minn persuna li ġie ppubblikat barra minn Malta f’dal-ġeneru. It-tieni sessjoni tal-workshop tour se ssir nhar it-13 ta’ Settembru. ‘Kitba (mhux) għat-Traduzzjoni’ se titmexxa minn Joe Gatt, li huwa l-koeditur tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. Gatt se jislet mill-esperjenza tiegħu bħala awtur bilingwi, traduttur u editur sabiex mal-udjenza jaqsam l-għarfien tiegħu dwar l-attitudni editorjali ta’ Aphroconfuso, li rriżultat fil-ħafna qarrejja li jikkonkorru u japprezzaw meta l-ġurnal jippubblika l-istejjer tiegħu bil-Malti. Għal aktar informazzjoni, tista’ tabbona għan-newsletter minn hawn. It-tielet sessjoni timxi lejn il-Valletta Design Cluster fit-8 ta’ Ottubru, u se tingħata mill-organizzazzjoni letterarja Inizjamed. Is-sessjoni ‘Il-Karattru tal-Karattri’ se tiffoka l-aktar fuq il-karattru, u se titmexxa mil-lekċerer u kittieba Leanne Ellul, li se tiddiskuti mal-parteċipanti x’jagħmel l-aktar karattri memorabbli, appuntu, memorabbli. Fl-istess ħin se tkun qed taqsam magħhom ċerti ħiliet fil-ħolqien ta’ karattri li jiġbduk u ma tinsihomx. Tista’ tapplika għal dis-sessjoni minn hawn. It-tour jagħlaq bir-raba’ sessjoni li se ssir fil-Kampus tal-Imsida tal-Università ta’ Malta mid-Dipartiment tal-Ingliż. ‘Writing the World: Setting in Short Fiction’ se titmexxa minn Dr Aaron Aquilina, akkedemiku residenti u kap tal-editorija fil-ġurnal ta’ kitba kreattiva ANTAE. Dr Aquilina se jaqsam l-għarfien tiegħu dwar kif tissettja ambjent li jidwi fi storja, bis-saħħa ta’ diskussjoni u għadd ta’ eżerċizzji mal-parteċipanti. DataĦinWorkshop29 t’Awwissu16:00–17:00Cut to the Heart: Crafting the Great Short Story (David Samuel Hudson) – Is-Soċjetà Maltija tal-Arti13 ta’ Settembru11:00–12:30Kitba (mhux) għat-Traduzzjoni (Joe Gatt) – Aphroconfuso8 ta’ Ottubru18:00–19:00Il-Karattru tal-Karattri (Leanne Ellul) – Inizjamed10 ta’ Ottubru17:00–18:30Writing the World: Setting in Short Fiction (Dr Aaron Aquilina) – Id-Dipartiment tal-Ingliż, l-Università ta’ Malta Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-workshops u t-tuturi idħol hawnhekk. Kemm jekk tixtieq tqanqal l-aptit għall-kitba kreattiva, jew tixtieq tirfina l-istorja tiegħek qabel iddaħħalha għall-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026, inħeġġuk iżżur is-siti u l-mezzi soċjali tal-organizzaturi ta’ kull sessjoni għall-aġġornamenti u r-reġistrazzjoni. Għal aktar informazzjoni dwar kif tissottometti xogħlok għall-edizzjoni tal-2026 tal-Premju Commonwealth għan-Novelli, ibqa’ segwina għat-tħabbira tal-ftuħ fl-1 ta’ Settembru fuq ktieb.org.mt SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Inniedu l-Powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25! Festivals 16th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More