Home / News / ‘Ir-Re Borg’ nominat għall-Premju tal-UE għal-Letteratura minn Malta Back to News ‘Ir-Re Borg’ nominat għall-Premju tal-UE għal-Letteratura minn Malta Inizjattivi • Other 27th February, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jinnomina r-rumanz Ir-Re Borg għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura f’isem Malta. Ir-rumanz huwa xogħol Aleks Farrugia, u kien ippubblikat minn SKS Publishers fl-2022. Il-bord tan-nominazzjoni, magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, il-lettur u kittieb David Aloisio u l-edukatur u kittieb Noel Tanti, qablu unanimament dwar din l-għażla, u kkummentaw hekk: “Dan-ir-rumanz huwa ritratt kontemporanju tal-idjosinkraziji ta’ Malta bħala l-iżgħar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa xogħol letterarju li jagħti vuċi liż-żgħir qalb il-ħamba ta’ super-politiċi li jipprattikaw il-politika bħala eżerċizzju ta’ marketing u branding.” Mikiel Borg, magħruf bħala ‘Iċ-Chopper’, u sid ta’ ħanut żgħir tal-merċa, jidħol f’tabxa relattivament żgħira li eventwalment twasslu biex jaffaċċja l-istituzzjonijiet u l-burokrazija li tifgahom. Dan kollu jitfgħu f’sitwazzjoni xejn feliċi, sakemm tiġih l-idea li jwaqqaf partit politiku ġdid biex jisfida s-sistema bipartitika Maltija – ‘il-Partit Monarkiku Malti’. In-narrattiva satirika ta’ Farrugia tistieden lill-qarrej jaħseb dwar kif issir il-politika f’Malta u dwar l-immaġni li jibnu madwarhom il-politiċi, iżda fl-istess ħin id-difetti ta’ Mikiel – bħala bniedem komuni – huma wkoll mirja tad-difetti ta’ poplu li, fiżikament jew le, iwasslu għal traġikummiedja. Rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jipparteċipa fil-Fiera tal-Ktieb ta’ Brussell f’April li ġej, sabiex jiddiskuti n-nominazzjoni ta’ Malta quddiem il-bord tal-aġġudikazzjoni. B’kollox se jkun hemm 13-il pajjiż jieħu sehem f’dan iċ-ċiklu ta’ nominazzjonijiet. Wara li l-aġġudikaturi jkunu tkellmu mal-pajjiżi parteċipanti kollha – inkluż Malta – jagħżlu awtur jew awtriċi rebbieħ/a kif ukoll ħames awturi oħra li jispikkaw fuq l-oħrajn. Il-ktieb Ir-Re Borg se jkun għall-bejgħ waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, iżda tista’ takkwistah ukoll mis-sit tal-SKS Publishers. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More