Home / News / ‘Ir-Re Borg’ nominat għall-Premju tal-UE għal-Letteratura minn Malta Back to News ‘Ir-Re Borg’ nominat għall-Premju tal-UE għal-Letteratura minn Malta Inizjattivi • Other 27th February, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jinnomina r-rumanz Ir-Re Borg għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura f’isem Malta. Ir-rumanz huwa xogħol Aleks Farrugia, u kien ippubblikat minn SKS Publishers fl-2022. Il-bord tan-nominazzjoni, magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, il-lettur u kittieb David Aloisio u l-edukatur u kittieb Noel Tanti, qablu unanimament dwar din l-għażla, u kkummentaw hekk: “Dan-ir-rumanz huwa ritratt kontemporanju tal-idjosinkraziji ta’ Malta bħala l-iżgħar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa xogħol letterarju li jagħti vuċi liż-żgħir qalb il-ħamba ta’ super-politiċi li jipprattikaw il-politika bħala eżerċizzju ta’ marketing u branding.” Mikiel Borg, magħruf bħala ‘Iċ-Chopper’, u sid ta’ ħanut żgħir tal-merċa, jidħol f’tabxa relattivament żgħira li eventwalment twasslu biex jaffaċċja l-istituzzjonijiet u l-burokrazija li tifgahom. Dan kollu jitfgħu f’sitwazzjoni xejn feliċi, sakemm tiġih l-idea li jwaqqaf partit politiku ġdid biex jisfida s-sistema bipartitika Maltija – ‘il-Partit Monarkiku Malti’. In-narrattiva satirika ta’ Farrugia tistieden lill-qarrej jaħseb dwar kif issir il-politika f’Malta u dwar l-immaġni li jibnu madwarhom il-politiċi, iżda fl-istess ħin id-difetti ta’ Mikiel – bħala bniedem komuni – huma wkoll mirja tad-difetti ta’ poplu li, fiżikament jew le, iwasslu għal traġikummiedja. Rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jipparteċipa fil-Fiera tal-Ktieb ta’ Brussell f’April li ġej, sabiex jiddiskuti n-nominazzjoni ta’ Malta quddiem il-bord tal-aġġudikazzjoni. B’kollox se jkun hemm 13-il pajjiż jieħu sehem f’dan iċ-ċiklu ta’ nominazzjonijiet. Wara li l-aġġudikaturi jkunu tkellmu mal-pajjiżi parteċipanti kollha – inkluż Malta – jagħżlu awtur jew awtriċi rebbieħ/a kif ukoll ħames awturi oħra li jispikkaw fuq l-oħrajn. Il-ktieb Ir-Re Borg se jkun għall-bejgħ waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, iżda tista’ takkwistah ukoll mis-sit tal-SKS Publishers. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More