Home / News / Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn Back to News Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News • Other 13th April, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed joffri l-possibiltà lil tliet edituri tal-kotba Maltin u/jew ibbażati f’Malta, jew kandidati oħra interessati, sabiex jinkitbu b’xejn għall-kors online ‘Become a Book Editor’. Dan il-kors ta’ sitt xhur se jitmexxa mill-editur rinomat ibbażat fir-Renju Unit, Francesco Vilhena, u se jittratta l-editjar tal-kotba letterarji. Vilhena jieħu ħsieb proġetti editorjali ma’ Bloomsbury Publishing, u qabel ħadem ukoll ma’ Faber, Granta, u And Other Stories. Bħalissa jservi fuq il-bord ta’ konsulenza tal-Poetry Translation Centre, u xogħlu deher ippubblikat minn Granta, Modern Poetry in Translation, u Asymptote fost oħrajn. Il-kors se jittella’ fuq il-pjattaforma tal-ELVTR bejn it-23 ta’ Lulju u l-1 ta’ Settembru kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-19:30 u d-21:00, u l-għan tiegħu hu li jintroduċi r-rikkezza tal-proċess editorjali lill-parteċipanti, u b’hekk iwessa’ l-għarfien tax-xogħol li teħtieġ l-industrija minn dan l-aspett. Sessjoni ta’ merħba se tittella’ online fil-21 ta’ Ġunju. L-applikazzjonijiet għall-kors jiddaħħlu permezz ta’ Submittable sas-27 t’April Il-kors se jkopri suġġetti varji, minn dawk prattiċi u mirfuda mis-sengħa tal-proċess editorjali, ngħidu aħna l-qari tal-provi, it-tekniki tal-copyediting, l-evalwazzjoni tal-manuskritt u l-ħila li tagħti suġġerimenti kostruttivi, sal-marketing, id-disinn, u l-kunsiderazzjonijiet legali u etiċi fil-pubblikazzjoni. “Il-KNK kburi li qed joffri l-kors ‘Become a Book Editor’ b’xejn, bħala parti mix-xogħol tiegħu sabiex jinvesti fit-trawwim tal-ħiliet tas-settur letterarju lokali. Dan seta’ jseħħ wara laqgħat li ħallew il-frott waqt il-parteċipazzjoni tal-KNK fil-London Book Fair 2026. Hemmhekk iltqajna mal-ELVTR, u eventwalment wasalna għal dan ir-riżultat tanġibbli tal-kors”, sostna l-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri. Kompla jgħid li l-imsieħba tal-industrija – fosthom l-awturi, il-pubblikaturi, u oħrajn – ilhom iż-żmien jindikaw lill-KNK li hemm bżonn titjib fis-sengħa tal-editjar letterarju, u għalhekk il-KNK ħataf l-okkażjoni sabiex b’dal-kors jindirizza dil-lakuna b’mod serju u professjonali. Camilleri żied jgħid li din l-inizjattiva timxi id f’id mal-Viżjoni Strateġika fuq Ħames Snin 2025-2030 li nieda l-KNK is-sena l-oħra. Il-kors se jilqa’ tliet parteċipanti b’kollox, u l-għażla se ssir abbażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. Min jintgħażel irid jattendi kull sessjoni, u l-magħżula jridu jassiguraw li huma disponibbli li jkunu preżenti għal kull sessjoni. Idħol hawnhekk sabiex taqra t-termini u kundizzjonijiet.L-applikazzjonijiet għall-kors jiddaħħlu permezz ta’ Submittable sas-27 t’April SHARE POST Related Articles Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More view all similar news
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More