Home / News / Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Back to News Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iħabbar bi pjaċir it-tiġdid tal-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Commonwealth għal edizzjoni oħra tal-Premju Commonwealth għan-Novelli. Għat-tielet darba konsekuttiva, il-KNK qed iservi ta’ pont sabiex il-kittieba Maltin jissottomettu novella bil-lingwa nattiva tagħhom u jkunu megħjuna fit-traduzzjoni għall-Ingliż sabiex tiġi aġġudikata. Il-Premju Commonwealth għan-Novelli qed jilqa’ s-sottomissjonijiet sal-1 ta’ Novembru 2025. Il-konkors jinsab fil-ħmistax-il sena tiegħu, u jippremja l-aħjar biċċa xogħol ta’ letteratura fittizja mhux ippubblikata bl-Ingliż jew tradotta għall-Ingliż (2,000–5,000 kelma). Kull sena jkun hemm ħames stejjer rebbieħa magħżula mill-ħames reġjuni tal-Commonwealth – l-Afrika, l-Ażja, il-Kanada u l-Ewropa, u l-Karibew u l-Paċifiku. Waħda minn dar-rebbieħa reġjonali tintgħażel bħala r-rebbieħa fuq kulħadd. Kull rebbieħ reġjonali jingħata premju monetarju ta’ £2,500, u r-rebbieħ fuq kulħadd £5,000. Kull storja rebbieħa tkun ippubblikata fuq il-fuljett letterarju Granta. Il-kittieba minn Malta jistgħu jissottomettu n-novella tagħhom bil-Malti jew bl-Ingliż. Il-lista t-twila tas-sottomissjonijiet bil-Malti tkun tradotta għall-Ingliż sabiex tiġi aġġudikata mill-bord. Il-parteċipanti li se jdaħħlu xogħolhom bil-Malti jridu jispeċifikaw min hu t-traduttur tal-għażla tagħhom, jekk hemm bżonn, waqt il-proċess tal-applikazzjoni online. Fil-ġimgħat ta’ qabel il-ftuħ tas-sottomissjonijiet, il-KNK nieda workshop tour dwar il-finzjoni qasira, li se jseħħ bejn id-29 t’Awwissu u l-10 t’Ottubru, immexxi minn erba’ tuturi differenti, kif ukoll ippubblika l-artiklu ‘X’Jagħmel Novella Kbira?’. Dawn l-inizjattivi saru mhux biss bil-għan li jgħinu lill-kittieba jirfinaw is-sottomissjonijiet tagħhom għall-Premju Commonwealth għan-Novelli, iżda anki biex iservu bħala għajnuna għal żvilupp professjonali usa’. Dan l-iżvilupp huwa wieħed mit-tiri ewlenin li l-KNK jixtieq jasal għalihom bis-saħħa tal-Viżjoni Strateġika fuq Ħames Snin. Il-konkors miftuħ għal persuni li għandhom 18-il sena jew aktar, u huwa b’xejn. Kull kittieb jista’ jissottometti xogħol wieħed biss. Ir-regolamenti u l-kriterji tal-eliġibbiltà ssibhom hawnhekk. Il-kittieba Maltin imħeġġin idaħħlu xogħolhom għall-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 2025, biex b’hekk jidħlu fiċ-ċans li jpoġġu l-letteratura Maltija fuq il-mappa dinjija. Żur is-sit tal-Premju Commonwealth għan-Novelli għal aktar informazzjoni. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More