Home / News / Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Back to News Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 26th September, 2025 Illejla tħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – għal kotba ppubblikati fl-2024 – waqt ċerimonja speċjali li saret fil-Kastell Verdala taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jittella’ kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), u l-kotba rebbieħa jintgħażlu minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti wara proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni. Il-kotba magħżula tal-lejla kellhom kummenti ta’ tifħir għall-oriġinalità, il-profondità tematika, u s-saħħa teknika. Skont il-membri tal-ġurija, l-aħjar kontestanti mill-finalisti rnexxielhom iżewġu ir-rigorożità intellettwali mal-qawwa emozzjonali, u ġibdu lilhom bħala qarrejja f’dinjiet aċċessibbli li messew ma’ temi soċjali pressanti, mal-istorja, u mal-isfidi kulturali. Il-kotba rebbieħa ntgħażlu minn lista finali ta’ 23 titlu, li minnhom infushom kienu ntgħażlu minn lista oriġinali ta’ 149 ktieb sottomess fi tnax-il kategorija: 86 fil-kategoriji tal-adulti u 63 fil-kategoriji tat-tfal u ż-żgħażagħ, magħruf ukoll bħala l-Premju Terramaxka. Għat-tielet sena konsekuttiva, il-KNK ippremja addizjonalment lil kull pubblikatur ta’ ktieb rebbieħ bis-somma finanzjarja ta’ €1,000. Minbarra l-attenzjoni li jirċievi kull ktieb bir-rebħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u l-viżibbiltà li jieħu bil-kampanji ta’ promozzjoni li jiġu wara – kemm b’mezzi tradizzjonali u anki b’mezzi soċjali – dis-sena l-KNK żied il-promozzjoni tar-rebbieħa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Waqt dan l-avveniment, il-kotba se jiġu promossi b’illustrazzjonijiet u stampi li jiġbdu l-attenzjoni tal-viżitaturi kollha li jattendu. Fid-diskors tal-ftuħ, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri rrifletta dwar l-irwol tal-Premju fir-rikonoxximent tal-aktar xogħlijiet sinjifikanti ta’ letteratura Maltija, kif ukoll dwar l-imbuttatura li jagħti lill-industrija. Elenka inizjattivi ewlenin tal-KNK, fosthom il-Fond Malti tal-Ktieb li dis-sena ffinanzja 31 proġett, ngħidu aħna l-ewwel ġabra ta’ novelli Maltin li se tkun ippubblikata fil-Ġappun. Fil-messaġġ tagħha, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, tkellmet dwar il-letteratura Maltija bħala element li jsawwar il-poplu Malti u Għawdxi, u aċċennat l-importanza li l-letteratura Maltija tkun imħarsa u msaħħa, b’mod speċjali fl-isfond tal-isfidi ġodda li l-lingwa Maltija tiffaċċja llum il-ġurnata. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, l-Innovazzjoni u r-Riċerka, l-On. Clifton Grima, faħħar il-Premju u qal li huwa riga tajba ħafna ta’ kwalità għall-qarrejja f’dak li għandu x’jaqsam kotba ppubblikati Malta. Qal li l-kalibru nnutat fil-kotba ta’ dis-sena jpoġġihom fl-istess livell ma’ dak li qed jiġi ppubblikat barra minn Malta, fuq livell Ewropew. Irringrazzja lill-KNK tax-xogħol tiegħu lejn il-professjonaliżmu fl-industrija, u għall-inizjattivi tiegħu li jkabbru l-viżibbiltà tax-xogħol letterarju Malti kemm hawnhekk imma anki internazzjonalment. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-membri tal-bord tal-aġġudikanti ta’ dis-sena, li kienu Rachel Baldacchino, Kristy Borg, Sandro Debono, Ramona Depares, Giuliana Fenech, Francesco Grech, Omar N’Shea, Michael Refalo, u Kyle Xuereb Cunningham. Ringrazzjament speċjali jmur għand Margaret Callus minn Malta Libraries li evalwat il-klassifikazzjoni ta’ kull ktieb sottomess fil-kategorija tiegħu. IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB GĦALL-ADULTI 2025 RUMANZI It-Togħma Morra taċ-Ċiċri ta’ Noah Fabri (Merlin Publishers) NOVELLI Ma ntgħażlux finalisti POEŻIJA SOMNVM ta’ Glen Calleja (Il-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti) DRAMMI It-Teatru tal-Miskin ta’ Luke Saydon (Saydon Studio) PROŻA FITTIZJA TRADOTTA Il-Kelb tat-Terrakotta (Andrea Camilleri) ta’ Antoinette Borg (Merlin Publishers) LETTERATURA MHUX FITTIZJA Ma ntgħażlux finalisti RIĊERKA “So We Can Do Our Best.”: Care in Children’s Relationships with Teachers ta’ Mary Darmanin (Malta University Press) RIĊERKA STORJOGRAFIKA Bread & Bakers in Eighteenth-Century Malta ta’ Noel Buttigieg PREMJU GĦALL-AQWA PRODUZZJONI TA’ KTIEB Midsea Books għal VÁH ta’ Immanuel Mifsud PREMJU GĦALL-KONTRIBUT SIEWI FIL-QASAM TAL-KOTBA U L-LETTERATURA Anton Grasso PREMJU TA’ RIKONOXXIMENT GĦAL ILLUSTRATUR Naomi Gatt IL-PREMJU TERRAMAXKA GĦAT-TFAL U Ż-ŻGĦAŻAGĦ 2025 KOTBA GĦAT-TFAL (ETAJIET 0-7) Glenda u l-Magna tal-Granita ta’ Claudia Aloisio, Nathalie Micallef (ill.) (Klabb Kotba Maltin) KOTBA GĦAT-TFAL (ETAJIET 8–12) Ulied il-Wied ta’ Ben Agius, Luca Azzopardi (ill.) (Horizons) LETTERATURA GHAŻ-ŻGĦAŻAGĦ Shadow Woods ta’ Roberta Bajada (Merlin Publishers) KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (ETAJIET 0-7) Ma ntgħażlux finalisti KOTBA MAQLUBIN GĦALL-MALTI (ETAJIET 8-12) Ma ntgħażlux finalisti LETTERATURA GHAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TRADOTTA Ma kienx hemm sottomissjonijiet PREMJU GĦALL-AQWA PRODUZZJONI TA’ KTIEB Merlin Publishers għal Jekk Taqbad id-Dawl ta’ Clare Azzopardi, ill. Matt Stroud SHARE POST Related Articles Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More view all similar news
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More