Skip to content

Joħroġ il-25 pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku u estiża l-iskema

Image of Joħroġ il-25 pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku u estiża l-iskema

L-iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (PLR) kienet introdotta mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) fl-2015 għal dawk l-awturi, illustraturi, u fotografi li l-kotba tagħhom jissellfu mil-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex, amministrati minn Malta Libraries. Hawnhekk il-KNK qed jippubblika l-25 pagament ta’ dawn il-jeddijiet li jkopru bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu 2021.

Il-KNK iħabbar bi pjaċir ukoll li fis-26 ta’ Jannar 2021 iffirma ftehim ġdid tal-PLR mal-Università ta’ Malta, li jfisser li minn issa ‘l quddiem l-applikanti se jibbenefikaw mid-drittijiet anki fuq kotba tagħhom li jissellfu mil-Librerija tal-Università ta’ Malta. L-awturi, illustraturi, u fotografi li mhumiex fl-iskema tal-PLR u jixtiequ jidħlu jridu jsegwu dil-ħolqa u jimlew l-applikazzjoni. Tistgħu tapplikaw għaż-żewġ skemi (Malta Libraries u l-Librerija tal-Università ta’ Malta).

Dawk l-awturi, illustraturi, u fotografi li diġà qegħdin fl-iskema tal-PLR tal-libreriji pubbliċi (Malta Libraries) u jixtiequ jkunu inklużi wkoll fil-PLR tal-Librerija tal-Università ta’ Malta jekk jogħġobkom ibagħtu tinfurmaw lil Michael Mercieca fuq michael.mercieca@gov.mt. M’għandkomx għalfejn timlew l-applikazzjoni mill-ġdid.

Il-pagamenti għall-PLR tal-Università ta’ Malta joħorġu ladarba nirċievu l-formoli tal-applikazzjoni kollha. L-iskema tal-PLR tal-libreriji pubbliċi se tibqa’ għaddejja bħas-soltu, jiġifieri kull tliet xhur. Il-pagamenti jsiru kollha bi transfer bankarju.

 

 

 

 

[add_posts category=rights-mt show=100]

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.