Home / News / Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Back to News Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jerġa’ jistedinkom għal sessjoni oħra b’Zoom mal-aġent letterarju mir-Renju Unit u l-ambaxxatur letterarju għal Malta Simon Trewin, nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Frar fl-16:00. Ir-residenzi tal-kitba u l-workshops internazzjonali bosta drabi jservu bħala opportunità li tista’ tibdel għall-pożittiv ir-rotta tas-suċċess. Minkejja dan, taf tkun sfida biex dak li jkun isib ir-residenzi li jgħoddu għalih u jieħu li jista’ minnhom, lil hinn mill-entużjasmu inizjali. Dis-sessjoni se tkun waħda prattika u li tmur dirett għas-suġġett, u fiha l-aġent letterarju u konsulent tal-pubblikazzjoni Simon Trewin se jipprova jnaqqi u jfiehem il-proċess sħiħ ta’ kif wieħed japplika għar-residenzi u l-workshops barra minn Malta. Huwa u jixrob mill-esperjenzi tiegħu f’residenzi f’Ġerusalemm, Chennai u Istanbul, Simon se jiggwida lill-parteċipanti biex jaraw kif opportunitajiet bħal dawn jistgħu jservuhom u jaħdmu għalihom – mill-fażi li fiha tfittex għal xi programm, sal-fażi li fiha tipprepara applikazzjoni b’saħħitha u tilħaq l-aspettazzjonijiet tiegħek, biex finalment tittrasforma residenza f’xi ħaġa ġenwinament utli għall-karriera tiegħek bħala kittieb jew kittieba. Dis-sessjoni tkopri: Il-fejn u l-kif biex issib residenzi u workshops Kif tiddeċiedi opportunità tgħoddx għalik jew le (u kif tevita xi wħud) Xi jkunu qed ifittxu fl-applikanti l-bordijiet li jagħżluhom Kif tipprepara l-applikazzjoni tiegħek b’materjal effettiv X’għandek tistenna jekk jagħżluk – u kif tieħu li tista’ mill-esperjenza tiegħek Xi żbalji, fehim u diżappunti komuni F’dis-sessjoni se jingħataw ħjiliet prattiċi, formoli tal-applikazzjoni ta’ vera, u riżorsi online ikkurati, sabiex il-parteċipanti jkollhom għodda neċessarji li jużaw ’il quddiem. Jissemmew ukoll x’tip ta’ għajnuniet joffri l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fosthom il-gwidi, il-pariri u l-fondi disponibbli għall-kittieba Maltin li jgħinuhom japplikaw fi pjattaformi internazzjonali u jibnu relazzjonijiet b’saħħithom ma’ professjonisti barranin bħalhom. L-għan hu li dis-sessjoni tkun ċara, immexxija mill-esperjenza, u ddisinjata għall-kittieba li jridu jimxu lil hinn mill-aspirazzjoni vaga tal-bidu lejn fehim b’saħħtu dwar kif l-opportunitajiet internazzjoni jaħdmu – fil-prattika u mhux teorija biss. Dis-sessjoni b’xejn, iżda trid tirreġistra għaliha. Min hu interessat jista’ jirreġistra minn Submittable hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More