Home / News / L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Back to News L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals • Malta Book Festival • Other 8th July, 2025 L-editriċi, antoloġista u pubblikatriċi Amerikana rinomata Ann VanderMeer hija waħda mill-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025, li dis-sena se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali. Il-parteċipazzjoni tagħha fl-akbar avveniment f’Malta li għandu x’jaqsam mal-kotba hija turija tal-importanza tal-Festival bħala l-post fejn l-awturi Maltin isinnu u jtejbu s-sengħa tagħhom tal-kitba. Il-bidla għall-aħjar fl-istil u l-ħila timxi paripassu mat-tema magħżula għal din l-edizzjoni tal-Festival – ‘Nikteb mill-Ġdid’. Ann VanderMeer taħdem bħala editriċi ma’ Reactormag.com, u xogħolha hu li tgħarrex għal talent ġdid. Għax-xogħol li wettqet bħala t-tieni mara li qatt ħadmet bħala editriċi mal-fuljett Weird Tales, VanderMeer kienet onorata bil-Premju Hugo. Dal-fuljett ippubblika għall-ewwel darba ismijiet kbar fil-letteratura, fosthom HP Lovecraft u Robert E. Howard. Taħt l-editorija ta’ VanderMeer bejn l-2007 u l-2011, il-fuljett immodernizza ruħu u wessa’ l-iskop tiegħu. Ann ikkoeditjat numru ta’ antoloġiji letterarji ma’ żewġha Jeff – li wkoll huwa mistieden ewlieni tal-Festival. Fosthom The Weird: A Compendium of Strange and Dark Stories, li bih il-koppja VanderMeer rebħet il-World Fantasy Award, il-Locus Award, u l-British Fantasy Award. Kotba oħra huma The Big Book of Science Fiction, The Big Book of Classic Fantasy, u The Big Book of Modern Fantasy. VanderMeer mexxiet diversi workshops tal-kitba, fosthom waqt il-Konferenza tal-Kittieba fl-Università ta’ Yale, il-Clarion, l-Odyssey, u x-Shared Worlds (kamp ta’ kitba għaż-żgħażagħ), kif ukoll ikkonduċiet seminars dwar il-kreattività immirati lil udjenzi differenti, ngħidu aħna lil-librara tal-istat ta’ Arizona jew fi Blizzard Entertainment. Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, VanderMeer se tkun qed tmexxi l-workshop ‘Kif Taħdem ma’ Editur Professjonali’, li fih bis-saħħa ta’ eżerċizzji u notamenti qosra se tkun qed tgħin lill-parteċipanti jifhmu aħjar xi jkun l-editjar u r-reviżjoni ta’ xogħol letterarju. “Ixxurtjati immens li se jkollna editriċi bħal Ann VanderMeer magħna fil-Festival – anki għax se tiġi u taqsam magħna l-ħiliet tas-sengħa tagħha”, irrimarka l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. “Kull min hu involut fid-dinja tal-pubblikazzjoni jaf li fi kwalunkwe stadju fl-iżvilupp ta’ manuskritt, l-editjar mitqlu deheb li jassigura li l-ktieb jasal fis-suq fl-aħjar forma tiegħu – fil-forma li fih tidher l-aktar il-kapaċità tal-kittieb. Inħeġġeġ lill-kittieba kollha – misjura jew le – sabiex jieħdu din l-opportunità biex itejbu l-ħiliet tagħhom”, żied Camilleri. L-attendenza għall-workshop ‘Kif Taħdem ma’ Editur Professjonali’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’xejn, iżda trid tirreġistra għax jattendi min japplika l-ewwel minħabba l-postijiet limitati. Tista’ tirreġistra hawnhekk. Jekk jogħġbok innota li qabel trid toħloq kont ma’ Submittable biex tkun tista’ tirreġistra. SHARE POST Related Articles Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More view all similar news
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More