Home / News / Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News • Other 22nd July, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iħabbar bi pjaċir il-ħatra ta’ Sandra Hili Vassallo bħala Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, wara t-tluq ta’ Simona Cassano minn dil-pożizzjoni f’Mejju tal-2025. Hili Vassallo hija avukata, u għalhekk se ġġib l-esperjenza li kisbet fid-diplomazija u l-politika fis-settur kulturali. Qabel dan l-irwol, ħadmet bħala diplomatika fil-Missjoni Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, imbagħad bħala direttur fil-Ministeru għall-Familja, il-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, u fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Ippubblikat diversi kotba tat-tfal u tan-novelli li bihom rebħet premji letterarji, u tagħti lekċers l-Università fuq il-ġustizzja soċjali u l-ambjent. “Kuntenti immens b’Sandra Hili Vassallo bħala d-Direttur Eżekuttiv ġdid tal-KNK”, qal il-Kap Eżekuttiv Mark Camilleri. “F’Sandra jiltaqgħu l-imħabba għall-kotba u l-letteratura u karriera twila ta’ esperjenza fit-tmexxija fis-settur pubbliku. L-isfond interdixxiplinarju tagħha, il-valuri b’saħħithom u d-dedikazzjoni lejn l-iżvilupp kulturali jagħmilha l-persuna ideali biex tiggwida lill-KNK fil-kapitlu li jmiss”. Camilleri rringrazzja wkoll lid-Direttur Eżekuttiv li għadha kif temmet l-irwol tagħha, Simona Cassano, wara tmien snin mal-KNK. “Simona mexxiet b’mod professjonali, b’viżjoni, u finalment bi mħabba lejn is-settur. Il-kontribuzzjonijiet tagħha – speċjalment dawk relatati ma’ kollaborazzjonijiet strateġiċi u l-kuntatt internazzjonali tal-KNK – se jibqgħu jidwu”. Sandra Hili Vassallo tibda l-kariga tagħha f’Lulju. Se tingħaqad mal-KNK f’mument importanti fil-preparazzjoni għat-tnedija tal-Viżjoni Strateġika fuq Ħames Snin bejn l-2025 u l-2030. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More