Home / News / Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News • Other 22nd July, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iħabbar bi pjaċir il-ħatra ta’ Sandra Hili Vassallo bħala Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, wara t-tluq ta’ Simona Cassano minn dil-pożizzjoni f’Mejju tal-2025. Hili Vassallo hija avukata, u għalhekk se ġġib l-esperjenza li kisbet fid-diplomazija u l-politika fis-settur kulturali. Qabel dan l-irwol, ħadmet bħala diplomatika fil-Missjoni Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, imbagħad bħala direttur fil-Ministeru għall-Familja, il-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, u fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Ippubblikat diversi kotba tat-tfal u tan-novelli li bihom rebħet premji letterarji, u tagħti lekċers l-Università fuq il-ġustizzja soċjali u l-ambjent. “Kuntenti immens b’Sandra Hili Vassallo bħala d-Direttur Eżekuttiv ġdid tal-KNK”, qal il-Kap Eżekuttiv Mark Camilleri. “F’Sandra jiltaqgħu l-imħabba għall-kotba u l-letteratura u karriera twila ta’ esperjenza fit-tmexxija fis-settur pubbliku. L-isfond interdixxiplinarju tagħha, il-valuri b’saħħithom u d-dedikazzjoni lejn l-iżvilupp kulturali jagħmilha l-persuna ideali biex tiggwida lill-KNK fil-kapitlu li jmiss”. Camilleri rringrazzja wkoll lid-Direttur Eżekuttiv li għadha kif temmet l-irwol tagħha, Simona Cassano, wara tmien snin mal-KNK. “Simona mexxiet b’mod professjonali, b’viżjoni, u finalment bi mħabba lejn is-settur. Il-kontribuzzjonijiet tagħha – speċjalment dawk relatati ma’ kollaborazzjonijiet strateġiċi u l-kuntatt internazzjonali tal-KNK – se jibqgħu jidwu”. Sandra Hili Vassallo tibda l-kariga tagħha f’Lulju. Se tingħaqad mal-KNK f’mument importanti fil-preparazzjoni għat-tnedija tal-Viżjoni Strateġika fuq Ħames Snin bejn l-2025 u l-2030. SHARE POST Related Articles ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More view all similar news
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More