Home / News / Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News • Other 8th April, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed joħroġ sejħa għall-kumpaniji teatrali, għaqdiet, jew drammaturgi indipendenti, li huma interessati sabiex itellgħu produzzjonijiet teatrali għal fuq l-istejġ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026, imnebbħa minn kotba Maltin. Il-Festival ta’ dis-sena se jsir bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. Dan l-avveniment huwa l-akbar wieħed f’Malta u Għawdex li jiċċelebra l-ktieb, iżda l-kultura letterarja hija promossa wkoll permezz ta’ forom artistiċi oħra li allura jagħmlu lill-Festival punt importanti fil-kalendarju kulturali Malti, kemm għall-pubbliku ġenerali u anki għall-professjonisti fl-industrija tal-kotba. Wara attendenza rekord fl-2025, dis-sena qed nimmiraw li nilħqu l-50,000 viżitatur tal-Festival, kollha minn viji differenti tal-ħajja. Dawk il-produzzjonijiet li jintgħażlu jiddaħħlu fi programm kulturali kkurat li l-għan tiegħu hu li jixgħel bozza fuq ir-relazzjoni bejn il-letteratura u l-arti performattiva, sabiex l-udjenza tiltaqa’ mal-kelma miktuba bis-saħħa ta’ interpretazzjonijiet teatrali ta’ kwalità. Din l-Espressjoni ta’ Interess miftuħa għal produzzjonijiet li jkunu diġà lesti biex jittellgħu. Dawk il-produzzjonijiet teatrali ispirati minn kotba b’ISBN Malti biss se jiġu kkunsidrati, u x-xogħol irid ikun preżentabbli f’kuntest ta’ festival. Il-KNK se jkopri l-ispejjeż tekniċi kollha tal-produzzjoni, iżda dawn iridu jkunu mirfuda minn rendikont baġitarju sodisfaċenti u dokument bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa (rider). Il-linjigwida u r-regolamenti kollha tista’ ssibhom hawnhekk.Min hu interessat jista’ jissottometti l-applikazzjoni tiegħu sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju f’nofsinhar. L-applikazzjonijiet jiddaħħlu kollha minn Submittable biex jitqiesu eliġibbli. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More view all similar news
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More