Home / News / Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Back to News Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other • Festivals 26th May, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) u l-istamperija Gutenberg Press, qed iniedi sejħa għal artist biex jipproduċi installazzjoni għall-esebizzjoni From Illustration to Book, li se tkun parti mill-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Festival u l-esebizzjoni se jittellgħu bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali. Din se tkun ir-raba’ edizzjoni ta’ esebizzjoni dedikata għad-disinji u l-illustrazzjonijiet tal-kotba, u hija parti integrali mill-attivitajiet marbuta mal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-installazzjoni se tkun ix-xogħol artistiku ċentrali tal-esebizzjoni u għandha timxi id f’id mat-tema tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025: nikteb mill-ġdid. Kull sforz letterarju huwa proċess metamorfiku, kemm jekk jinvolvi t-trasformazzjoni tal-ħajja fi kliem fuq il-paġna kif ukoll jekk xogħol letterarju jiġi tradott għal-lingwa artistika oħra, bħal ngħidu aħna l-arti viżiva jew tal-idejn. Mogħni bil-poter kreattiv, l-artist huwa kapaċi jagħġen kulma jista’ jilħaq b’idejh f’xi forma ġdida biex jirrifletti d-dinja ta’ madwarna li qiegħda kulma tmur tinbidel, u anki biex joħloq mod ġdid tal-għajxien. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-kollaborazzjoni strateġika bejn il-KNK u l-KMA, li għandha l-għan li tesponi u tippromwovi l-innovazzjoni fi ħdan l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali biex tħeġġeġ, tgħin u tikkultiva l-iżvilupp ta’ ideat ġodda. B’dan il-mod, din il-kollaborazzjoni toħloq ambjent li jistimola l-ħsieb kreattiv u l-esplorazzjoni ta’ mogħdijiet ġodda fi ħdan l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali. Dan jinkludi l-aspetti kollha tal-professjonijiet kreattivi, kif ukoll it-tweżin ta’ proġetti li jaqdfu kontra l-limiti u li jimmirraw għall-eċċellenza. F’pari passu mat-tema nikteb mill-ġdid tal-Festival ta’ dis-sena, dan jinvolvi l-issapportjar tal-professjonisti kreattivi biex namplifikaw il-vuċijiet u l-espressjoni tagħhom hekk kif dawn l-artisti jnaqqxu d-dinja li naqsmu ma’ xulxin u l-istejjer tagħna permezz ta’ forom t’arti differenti, biex b’hekk jibdlu l-mod kif naraw u nirrelataw magħhom. X’Qed Noffru Il-KNK u l-KMA qed ifittxu artist kreattiv u innovattiv biex jipproduċi installazzjoni ispirata mill-kunċett ċentrali tal-Festival, nikteb mill-ġdid. Din se tkun magħmula minn materjal tal-istampar riċiklat, ġentilment provdut minn Gutenberg Press. L-ispazju allokat għal din l-installazzjoni huwa ta’ 4m x 3m. Dawn huma l-materjali disponibbli għall-artist: Folji pprintjati ta’ paġni u kartun; Balel ta’ karti mqattgħa; Kartun griż; Kaxxi tal-kartun; Paġni u blokok ta’ kotba varji; Kopertini tal-kotba; Pjanċi tal-aluminju. Il-materjali jintgħażlu mill-artist waqt żjara fl-istamperija tal-Gutenberg Press, u jitwasslu f’post speċifikat mill-artist mingħajr ħlas. F’każ li jkollu bżonn aktar materjal, l-artist għandu jkun responsabbli biex jirranġa t-trasport hu. L-artist jingħata l-ħlas ta’ €3,000 (VAT inkluż) biex ikopri l-produzzjoni u l-installazzjoni kif ukoll xi spejjeż oħra. Dan ix-xogħol artistiku għandu jiġi installat ftit jiem qabel il-ftuħ tal-Festival f’data u ħin indikati mill-KNK u żarmat mhux aktar tard mit-Tnejn, l-10 ta’ Novembru sa 12pm (nofsinhar). Kif Tapplika Qed nistednuk tissottometti proposta b’deskrizzjoni u xi skeċċijiet biex tiġi kkunsidrata għall-edizzjoni ta’ dis-sena tal-esebizzjoni From Illustration to Book. Is-sottomissjoni għandha tinkludi: Deskrizzjoni tal-kunċett tal-installazzjoni, li tindika b’mod ċar kif l-installazzjoni proposta timxi mat-tema tal-Festival; Portafoll bi proġetti relevanti; CV riċenti; Skeċċijiet li juru l-idea inizjali għall-installazzjoni. Jekk jogħġbok, issottometti l-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ Submittable, fejn tista’ tehmeż ħoloq tal-Google Drive għall-istampi u l-fajls kbar. Nitolbuk taċċerta li l-ħoloq tal-Goodle Drive kollha jkollhom aċċess mhux ristrett. APPLIKA HAWN Il-Proċess tas-Selezzjoni Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati minn bord immexxi mill-KNK u l-KMA, li se jikkunsidra t-tliet kriterji t’hawn taħt: Kunċett u tema; Sengħa u teknika; Kreattività u innovazzjoni. Dati Importanti Ftuħ is-sejħa: is-27 ta’ Mejju 2025 Għeluq tas-sottomissjonijiet: is-17 ta’ Ġunju 2025 Tħabbir tar-riżultati: l-24 ta’ Ġunju 2025 Jekk għandek xi mistoqsijiet, ibgħat email lil Jasmine Bajada fuq jasmine-alexa.bajada@gov.mt. SHARE POST Related Articles Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More view all similar news
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More