Home / News / Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati Back to News Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News • Other 1st April, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum nieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati, li se tkun qed tagħti għajnuna ferm mistennija mill-pubblikaturi u msieħba oħra fl-industrija tal-pubblikazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam maż-żieda fil-prezz tal-karta li esperjenzaw fl-aħħar snin. Il-KNK kien diġà ġibed l-attenzjoni dwar dan, fejn kien ġie nnutat li bejn l-2021 u l-2022 il-biċċa l-kbira tal-entitajiet tal-pubblikazzjoni – tlieta minn kull erbgħa (75%) – esperjenzaw żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ktieb. Ta’ min jinnota li 16.4% minnhom kienu attribwew sa 100% minn dawn iż-żidiet fl-ispejjeż għal żieda fil-prezz tal-karta. Dawn id-dettalji kienu ħarġu mis-Sondaġġ tal-Entitajiet tal-Pubblikazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Il-fond annwali għall-2026 hu ta’ €50,000, u l-fondi jitqassmu abbażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-kotba eliġibbli għas-sussidju fuq il-prezz tal-karta huma dawk li ġew ippubblikati mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Diċembru tas-sena 2026. Is-sussidju jkopri sa 40% tal-ispiża totali, sa massimu ta’ €2,000 għal kull irċevuta u/jew prova ta’ ħlas. Fil-kummenti tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri sostna li f’dan il-mument daqstant delikat tas-settur tal-pubblikazzjoni, il-KNK qiegħed għal darb’oħra jwieżen lill-industrija b’għajnuna finanzjarja diretta u konsiderevoli maħsuba biex tnaqqas mill-piż fuq l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni. Innota li l-varar ta’ din l-iskema huwa parti minn dak li hu mistenni mill-KNK fil-Viżjoni Strateġika għall-ħames snin li ġejjin, li tnediet fl-2025, u li l-KNK kommess li jaħdem id f’id mal-imsieħba kollha tal-industrija sabiex f’kull qasam tal-industrija jintlaħqu l-livelli mixtieqa. L-applikazzjonijiet għas-sussidju jiddaħħlu minn Submittable, u t-termini u l-kundizzjonijiet tista’ tniżżilhom u taqrahom minn hawnhekk. SHARE POST Related Articles Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More view all similar news
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More