Home / News / Is-Sondaġġ tal-Entitajiet tal-Pubblikazzjoni 2022: Il-Pubblikaturi jħabbtu wiċċhom ma’ prezzijiet ogħla tal-produzzjoni tal-ktieb, stedina għal riflessjoni dwar l-industrija back to news Is-Sondaġġ tal-Entitajiet tal-Pubblikazzjoni 2022: Il-Pubblikaturi jħabbtu wiċċhom ma’ prezzijiet ogħla tal-produzzjoni tal-ktieb, stedina għal riflessjoni dwar l-industrija Inizjattivi • Other 1st February, 2024 Iċ-ċifri ppubblikati mis-Sondaġġ tal-Entitajiet tal-Pubblikazzjoni 2022 jixħtu dawl fuq kundizzjoni tat-tħassib li qed tħabbat wiċċha magħha l-industrija tal-pubblikazzjoni. Bejn l-2021 u l-2022 il-biċċa l-kbira tal-entitajiet tal-pubblikazzjoni – tlieta minn kull erbgħa (75%) – esperjenzaw żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ktieb. Ta’ min jinnota li 16.4% minnhom attribwew sa 100% minn dawn iż-żidiet fl-ispejjeż għal żieda fil-prezz tal-karta. Mill-entitajiet li wieġbu s-sondaġġ, 58% qalu li raw żieda ta’ 20% jew inqas fl-ispejjeż meta mqabblin mas-sena ta’ qabel. Din kienet it-tielet sena konsekuttiva li sar is-Sondaġġ tal-Entitajiet tal-Pubblikazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), li qed ikun għajn importanti ta’ informazzjoni, bi statistika preċiża dwar l-industrija tal-kotba. Wara konsultazzjoni mal-pubblikaturi ewlenin u l-Bord tal-KNK, kien sar kwestjonarju ġdid b’mistoqsijiet aktar speċifiċi li indirizzaw imkejjen ġodda mix-xefaq Malti tal-pubblikazzjoni. Is-sejbiet varji ta’ das-sondaġġ fanndu aktar fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u kixef bidliet fit-tfassil tal-pubblikazzjoni, l-allokazzjonijiet baġitarji, u t-tkabbir tal-komunità ta’ kittieba awtoppubblikati. Id-dejta tindika tnaqqis sostanzjali fil-pubblikazzjonijiet diġitali, li ammontaw għal 0.5% biss mill-kotba ppubblikati kollha. Aspett interessanti huwa li l-pubblikazzjonijiet kummerċjali jiffurmaw il-biċċa l-kbira tal-pubblikazzjonijiet u jikkontribwixxu għal 65% tad-dħul kollu, anki minkejja l-fatt li l-produzzjoni tal-kotba edukattivi żdiedet ukoll. Fejn għandu x’jaqsam kotba ġodda, is-sondaġġ wera li kien hemm żieda ħafifa fin-numru ta’ pubblikazzjonijiet b’sottoliċenzja mis-sena ta’ qabel. Peress li l-biċċa l-kbira tal-kotba ppubblikati kienu titli oriġinali, dan ifisser li hemm ċerta reżistenza għall-bejgħ u x-xiri tad-drittijiet barranin. Is-sondaġġ jikxef ukoll li 47% u 40% tal-entitajiet tal-pubblikazzjoni allokaw 0% u inqas minn 20% mill-baġit tagħhom għall-promozzjoni u l-marketing tal-prodott tagħhom, rispettivament. Punt ieħor li joħroġ huwa li 60% tal-pubblikaturi li wieġbu s-sondaġġ kellhom biss sa 3 awturi b’kuntratt magħhom fl-2022. Meta tqabbel in-numru ta’ kemm ġew ippubblikati kotba mal-ISBNs maħruġa, wieħed jinnota li l-komunità ta’ awtopubblikaturi f’Malta kompliet tikber. Importanti li nissottolineaw li d-dejta dwar l-ISBNs, skont kif tidher fis-sondaġġ tal-NSO, mhux bilfors tkun taqbel ma’ dejta nazzjonali jew uffiċjali oħra tal-ISBNs, fosthom dik tal-KNK. Dan għax jaf ikun hemm diskrepanzi minħabba li l-KNK jinkludi anki ISBNs farradin għal kull għamla ta’ ktieb, skont il-lingwa, jew skont jekk hux b’qoxra iebsa jew ratba, ngħidu aħna. Is-Sondaġġ tal-Entitajiet tal-Pubblikazzjoni 2022 jikxef għadd ta’ sfidi għall-pubblikaturi Maltin. Id-dejta miġbura tiswa mitqlu deheb għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sabiex ifassal politiki, jattwa bidliet integrali, u jwieżen lill-imsieħba fl-industrija li qed juru reżiljenza u ħeġġa li jaddattaw liema bħalha meta kkonfrontati b’dawn l-isfidi. Id-dixxerniment minn das-sondaġġ se jkollu rwol ewlieni għall-KNK fil-laqgħat u l-gruppi ta’ ħidma li se jkun qed ikollu fl-2024, bi preparazzjoni għall-istrateġija tiegħu għal bejn l-2025 u l-2030. Aċċessa d-dejta ddettaljata tas-Sondaġġ tal-NSO dwar l-Entitajiet tal-Pubblikazzjoni 2022. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More